MIDI tiċħad li se żżid l-għoli tal-bini f'Manoel Island

  • Nov 07, 2018 08:37
  • Miktub minn iNews
"

    Il-konsorzju MIDI ċaħad li kien se jżid l-għoli tar-residenzi li qed jippjana li jibni f'Manoel Island.

    Mark Portelli, Kap Eżekuttiv tal-MIDI plc, ikkonferma li huma ressqu pjanti ġodda quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'Settembru li għadda.

    F'kumment li għamel magħna, Portelli sostna li kulma kienu qed jagħmlu huwa li jittrasferixxu sular mill-blokka tat-Tramuntana għal dik fin-Nofsinhar.

    “L-għoli tal-masterplan xorta ma jaqbiżx l-'overall height' kif propost fl-'outline application' ippreżentata s-sena l-oħra. Jibqa' l-istess ukoll il-volum ta' bini għax kien hemm biss rilokazzjoni u l-ebda tip ta' żieda”, żied jgħid.

    Fi stqarrija maħruġa, MIDI tgħid li fil-fatt mhux se jkun hemm impatt fuq l-għoli ġenerali tal-bini li għandu jiġi żviluppat fuq il-Manoel Island. Fil-fatt iż-żona totali mibnija kif iddettaljata fil-pjanijiet emendati hija identika għaż-żona mibnija kkontemplata fil-pjanijiet oriġinali u l-għoli tal-bini fil-pjanijiet emendati huma konformi mal-għoli tal-bini fil-pjanijiet oriġinali. 

    Wara l-aħbar li l-MIDI kienet qed tressaq pjanti ġodda qam tħassib li seta jkun hemm żieda fl-għoli tal-parti residenzjali bis-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche kien kwotat jiddikjara li “m'hemmx logħob” dwar il-gżira.

    Kemm hu f'isem l-istess kunsill lokali kif ukoll l-Avukat Claire Bonello, Ċerpersin tal-Fondazzjoni Manoel Island, iddikjaraw ma' dan il-ġurnal li se jressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom dwar dan it-tibdil.

    Fi stqarrija maħruġa, Il-Fondazzjoni ta’ Manoel Island tikkonferma li waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni hija rrevediet il-pjanijiet emendati li jappartjenu għall-Pjan Regolatorju ta’ Manoel Island ippreżentat minn MIDI lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Fondazzjoni tgħid li l-iżvilupp ġenerali jibqa' żvilupp ta' lok baxx li ma jeċċedix 4 sulari madwar il-gżira. Barra minn hekk, l-emendi proposti ma jikkontemplaw l-ebda bidla fil-volumi tal-bini kif propost oriġinarjament.

    L-Avukat Bonello nsistiet li huma jridu li l-iżvilupp ikompli jsegwi l-'low rise model' kif indikat fil-ftehim ta' Marzu u saħqet li jikkunsidraw biss tibdil jekk dan ikun “sodisfaċenti”.

    F'Marzu li għadda l-imsemmijin żviluppaturi u kunsill lokali iffirmaw ftehim bejniethom li permezz tiegħu waqqfu l-Fondazzjoni Manoel Island ntiża biex iżżomm bilanċ bejn l-interessi taż-żewġ naħat.

    Fost il-punti maqbulin kien hemm dak li ż-żoni pubbliċi kellhom jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku u li l-għoli tal-bini jkun skont dak permess illum, jiġifieri ta' erba' sulari, u ma kellu jkun hemm ebda żieda filg-ħoli jekk mhux bi qbil mal-istess fondazzjoni.

    Fil-'master plan' għal Manoel Island il-MIDI qed tippjana li minbarra numru ta' residenzi  tibni wkoll lukanda u 'yacht marina' waqt li qed twiegħed li l-pubbliku se jkollu 80,000 metru kwadru ta' spazju pubbliku għalih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0