Ir-reġistru tal-bandiera Maltija tal-avjazzjoni jrreġistra t-300 ajruplan

  • Nov 07, 2018 10:40
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament dwar il-Budget 2019, Ian Borg, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ħabbar li r-reġistru tal-bandiera Maltija tal-avjazzjoni 9H laħaq rekord ġdid hekk kif irreġistra it-300 ajruplan. 

    Din il-figura tfisser li dan ir-reġistru kiber b’134% mis-sena 2012, filwaqt li l-istess Ministru antiċipa li din is-sena se jkompli jinkiser dan ir-rekord. 

    Malta qed tirreġistra wkoll tkabbir kontinwu fIl-cluster tal-avjazzjoni kif ukoll diversi kumpaniji għaddejjin mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni, liema kumpaniji jvarjaw minn taħriġ sa ekwipaġġ sa servizzi oħra.

    Il-Ministru Borg spjega kif dawn il-kisbiet huma frott ta’ ħidma intensiva fuq diversi aspetti differenti, fosthom reviżjoni kontinwa tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ dan is-settur li jiżguraw li l-kompetittività u s-serjetà jibqgħu jiddefenixxu lis-settur tal-avjazzjoni f’Malta. L-istabilità u ċ-ċertezza li joffru l-liġijiet ta’ pajjiżna jiżguraw li r-reġistru tagħna jkompli jkun fost il-ġurisdizzjonijiet ewlenin għas-sidien u l-operaturi tal-ajruplani.

    F’diversi interventi oħra, il-Ministru Borg irrimarka l-impenn tal-Gvern li jkompli jrawwem spirtu ta’ djalogu mal-industrija privata, u jidher li l-futur ta’ dan is-settur importanti huwa wieħed li ser ikompli jħalli l-frott.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0