Il-GWU tiltaqa’ mal-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba

  • Nov 07, 2018 12:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-bidliet li qed iseħħu b’mod mgħaġġel fid-dinja tax-xogħol u l-mod kif dawn se jaffettwaw lil ħaddiema fil-futur, kienu diskussi waqt laqgħa bejn il-General Workers’ Union u l-kandidat laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba. 

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja tkellem dwar il-ħidma li qed twettaq il-Union biex il-kunċett ta’ paga indaqs għal xogħol l-istess jitwessa’ u jkun ikopri wkoll ħaddiema impjegati ma’ kuntratturi tax-xogħol li iżda qed jaħdmu f’post tax-xogħol wieħed. Tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li tinbeda diskussjoni nazzjonali biex titwettaq il-proposta tal-GWU li kull ħaddiem ikun imsieħeb f’union tal-għażla tiegħu. Huwa qal li permezz ta’ din il-proposta tkun qed tingħata daqqa lill-prekarjat f’pajjiżna u tagħti d-dinjità lura lill-eluf ta’ħaddiema. 

    Min-naħa tiegħu l-kandidat laburista Alex Agius Saliba tkellem dwar il-ħtieġa li s-suċċess ekonomiku jkompli jinfirex u jilħaq lil ħafna aktar membri tas-soċjetà Maltija. Huwa tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ iktar tisħiħ tal-infrastruttura fil-pajjiż biex din issostni aktar it-tkabbir ekonomiku, dwar is-settur turistiku u kif wkoll dwar l-isfidi li għandna quddiemna bħala pajjiż f’dak li huwa s-suq tal-proprjetà. 

    Agius Saliba tkellem wkoll dwar l-importanza li bħala Gvern imexxi minn partit li huwa mibni fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali nkomplu niġġieldu l-kundizzjonijiet prekarji b’kull mod possibli. Huwa faħħar wkoll il-ħdima tal-GWU li fi kliemu kienet katalista biex matul dawn l-aħħar snin rajna titjib konsiderevoli fid-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. 

    Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, li waqt id-diskussjoni kien akkumpanjat mid-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, u l-kandidat Laburista Alex Agius Saliba qablu li jkomplu b’aktar diskussjonijiet bejniethom bil-għan li jinkiseb aktar ġid għall-ħaddiema Maltin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0