Bail għal raġel involut fi tliet inċidenti separati ma' familja

  • Nov 07, 2018 14:32
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li allegatament għamel ħsara lil bieb ta’ residenza fil-Belt Valletta u anke darab ħafif lil wieħed mir-residenti, ingħata bail wara li m’ammettiex id-diversi akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu li kienu riżultat ta’ argument li kien ilu jiżvolġi fuq perjodu ta’ żmien.

    Clyde Bonavia, ta’ 34 sena mill-Belt, safa arrestat wara tliet inċidenti li żvolġew matul dawn l-aħħar tliet ġimgħat, bl-ewwel każ jiżvolġi nhar it-13 ta’ Ottubru li għadda fejn allegatament hedded lil wieħed mir-residenti fid-dar, u darbu ħafif.

    It-tieni inċident seħħ madwar ġimagħtejn wara, meta ir-raġel għamel ħsara lill-bieb tar-residenza. It-tielet u l-aħħar inċident seħħ fl-għassa tal-Pulizija tal-Belt jumejn ilu, meta r-raġel irrifjuta li jobdi l-ordnijiet leġittimi tal-pulizija, ta daqqa ta’ ras lil ħġieġa u kisser il-ħġieġ.

    Il-Prosekuzzjoni, li f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee, informat lill-Qorti li l-vittmi riedu jirkupraw l-ispejjeż li sofrew u kienu qed jinsistu li jitpoġġew taħt protezzjoni b’ordni tal-Qorti.

    Waqt li deher jiġġestikola b’idejh biex juri li l-każ għalih kien magħluq, ir-raġel saħaq li kien lest iħallas l-ispejjeż tal-ħsara involuta u li ma kellux għaliex ikellem lill-vittmi.

    Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ naħar, il-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba għal bail fuq depożitu ta’ €500, garanzija personali ta’ €5,000, u li jonora curfew.

    L-avukat Graziella Tanti dehret għall-akkużat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0