Multa ta’ €4,000 għal Eritrean li attakka uffiċjali tas-sigurtà

  • Nov 07, 2018 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Immigrant li tkeċċa miċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, u spiċċa fi ġlieda mal-uffiċjali tas-sigurtà ngħata sentenza sospiża filwaqt li ġie mmultat €4,000 wara li ammetta l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu.

    Il-ġlieda, li kienet tinvolvi lil Mattyos Solomon Hailgeorgis, ta’ 23 sena mill-Eritrea, seħħet nhar it-Tnejn li għadda waranofsinhar.

    Ir-raġel tressaq il-Qorti llum fejn kien mixli li attakka, jew irreżista b’mod vjolenti lill-uffiċjali tas-sigurtà, li heddidhom u li darab lil tnejn minnhom b’mod ħafif.

    Huwa kien mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika u li ma obdiex ordnijiet mogħtijin lilu.

    Il-Maġistrat Monica Vella tat lir-raġel sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn, filwaqt li ordnatu jħallas multa ta’ €4,000 f’pagamenti mensili, bl-aħħar pagament li għandu jsir fl-2021.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef, filwaqt li għall-akkużat dehret l-avukat Graziella Tanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0