Il-mudell ġdid ta' Dacia Duster se jitnieda fis-suq Malti

  • Nov 07, 2018 17:00
  • Miktub minn iNews
"
    Il-mudell Duster ta’ Dacia ngħata dehra ġdida, bit-tagħmir u l-ispazju ta’ ġewwa l-vettura jkun ukoll aġġornat. Il-mudell Duster żamm il-karatteristika spazjuża tiegħu. Dan filwaqt li għadu jiddistingwi ruħu għall-abbiltà tiegħu f’kundizzjonijiet ta’ off-road. U dan kollu għal prezz mill-aqwa!
     
    Id-Duster għandu personalità li tispikka, kemm mil-lat esterjuri kif ukoll minn ġewwa. Minbarra l-istil li jiddistingwi l-karattru b’saħħtu tal-karozza, mal-għażla vasta ta’ kuluri żdiedu wkoll żewġ varjetajiet ġodda l-Atacama Orange u d-Dune Beige.
    Fost l-elementi li jispikkaw f’dan il-mudell hemm il-fanali ġodda ta’ quddiem, li jinkludu wkoll dawl LED għal matul il-ġurnata, skid plate ikbar fuq quddiem u wara li hija mass-coloured u reżistenti għall-grif, roof bars tal-aluminju ġodda, u disinn ġdid għar-roti ta’ 17-il pulzier.
    Il-pożizzjonament tal-windscreen iġiegħel il-kabina tal-vettura tidher ikbar, bl-insulazzjoni tkun imtejba biex jitnaqqas aktar il-ħoss barra mill-vettura.
     
    L-ivvjaġġar fil-mudell il-ġdid ta’ Duster ukoll laħaq standars ġodda, bl-ispazju jiżdied b’5.8 litri għal total ta’ 28.6 litri.
    Dan huwa l-ewwel mudell ukoll ta’ Dacia li joffri automatic climate control, b’Dacia ttejjeb is-sistema tal-arja kkundizzjonata għal użu aktar effiċjenti fix-xhur sħan tas-sajf.
     
    Fuq il-mudell il-ġdid tad-Duster ġiet introdotta wkoll is-sistema keyless entry, li tippermetti biex wieħed jiftaħ il-bibien mingħajr il-ħtieġa li jagħfas buttuni miċ-ċavetta tal-karozza, u li għaldaqstant tista’ tinżamm fil-but.
    Is-sewwieq lanqas m’għandu għalxiex joħroġ iċ-ċavetta mill-but biex jistartja l-karozza grazzi għall-buttuna start/stop.
     
    Auto Sales Ltd. - Kind’s tistiednek biex tingħaqad magħhom u tiċċelebra l-wasla tal-mudell il-ġdid tad-Duster. 
    Data: 10/11/2018
    Ħin: 09.00 a.m. sas-2.00 p.m.
    Post: Ix-showroom tad-Dacia, Mosta Road, Lija, LJA9011

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0