Edizzjoni oħra tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

  • Nov 07, 2018 16:27
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ il-bibien tiegħu għal edizzjoni oħra f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta li se jkun mifrux fuq ħamest ijiem b’diversi attivitajiet għall-familja kollha. L-għan ta’ dan il-festival huwa li jkompli jagħti spinta lill-kultura tal-qari waqt li jipprovdi opportunità lill-pubbliku biex jiltaqa’ mal-awturi tal-kotba u jipprovdi għażla wiesgħa ta’ kotba bl-ilsien Malti.

    Waqt il-ftuħ uffiċjali, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal mod kif bl-għajnuna tiegħu jippromwovi u jkompli jinseġ il-kultura tal-qari fost it-tfal. Huwa żied jgħid li fl-iskejjel primarji u sekondarji ddaħħlu eluf ta’ kotba ġodda biex jiżdied il-qari fost it-tfal.

    Il-festival se jiftaħ b’konferenza, li din is-sena se tkun imsejsa fuq it-tema tal-Letteratura u d-Dijaspora u se tkun immexxija minn numru ta’ awturi barranin u lokali, fosthom Lou Drofenik, il-kittieba Maltija-Awstraljanja li s-sena li għaddiet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 bir-rumanz The Confectioner’s Daughter. L-awturi barranin li se jieħdu sehem fil-konferenza huma Philip Ò Ceallaigh, Vera Duarte, u Nikola Petkovic.

    Fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa, il-festival se jilqa’ numru konsiderevoli ta’ studenti u ħejja programm speċjali ta’ attivitajiet kulturali u divertenti inklużi drammi, attivitajiet ta’ qari u laqgħat ma’ kittieba. The Malta School of Visual and Performing Arts se tikkontribwixxi wkoll għall-avvenimenti ta’ filgħodu b’prestazzjonijiet imsejsa fuq temi letterarji.

    Innovazzjoni importanti oħra għas-sena 2018 hija l-estensjoni tal-ispazju tal-esebituri fejn l-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi sala oħra għall-esebituri u għal bosta preżentazzjonijiet ta’ kotba, diskussjonijiet, u attivitajiet kulturali li se jsiru.

    Il-Festival Nazzjonali huwa miftuħ bejn is-7 u l-11 ta’ Novembru 2018 u għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.ktieb.org.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0