Jingħataw aktar fondi lill-għaqdiet non-governattivi

  • Nov 07, 2018 17:34
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-baġit għall-2019, il-Gvern reġa’ kkonferma u anke żied fuq l-Animal Welfare Fund. Fil-fatt,l-allokazzjoni fuq dan il-fond żdiedet minn €60,000 għal €85,000.

     

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri spjega li llum qegħdin jingħataw €30,000 f’fondi u sal-aħħar tal-2019 se jkunu qegħdin jingħataw €60,000 f’fondi lil dawn l-NGOs, b’madwar €25,000 oħra qegħdin jiġu allokati għal aktar NGOs li mistennija jkunu konformi mal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji. Spjega wkoll li dan qed isir biex kulħadd ikollu ċ-ċans li jibbenefika minn dan il-fond.

    L-Animal Welfare Fund igawdu minnu l-għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet mingħajr profitt, li jtejbu l-ħarsien tal-annimali, bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur. Dawn jinkludu s-santwarji tal-annimali, organizzazzjonijiet li jippromwovu t-trobbija responsabbli tal-annimali u jrawmu kuxjenza dwar l-annimali, kif ukoll gruppi li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ għall-annimali. L-għaqdiet li bbenefikaw minn dan il-fond huma Animal Care Malta, Association for Abandoned Animals (AAA), BirdLife Malta, C.L.A.W.S., Carers for Stray and Abandoned Felines, National Cat Society, RMJ Horse Rescue u Stray Animals Support Group.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri rringrazzja lil dawn l-għaqdiet tax-xogħol siewi li jagħmlu favur il-ħarsien tal-annimali. Hu qal li din l-inizjattiva tgħin lill-organizzazzjonijiet volontarji li huma attivi f’dan il-qasam. L-Animal Welfare Fund – Grant Support Scheme ġiet imwaqqfa biex tagħmel dan realtà. 

    L-Animal Welfare Fund għandha l-għan li tappoġġja organizzazzjonijiet mhux governattivi, fit-twettiq ta’ proġetti għall-ħarsien tal-annimali li għandhom il-potenzjal li:

    i. Itejbu l-ħarsien tal-annimali;

    ii. Jippromwovu trobbija responsabbli tal-annimali u jqajmu kuxjenza dwar ir-responsabbiltajiet għall-ħarsien tal-annimali;

    iii. Jgħinu fil-progress ta’ prattiċi tajbin ta’ immaniġġjar tal-annimali;

    iv. Jipprovdu pjattaforma minn fejn tista’ tiġi żviluppata u titrawwem koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawn l-organizzazzjonijiet u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u Servizzi Promozzjonali (AWPSD) fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali;

    v. Isaħħu n-network tat-trattament għall-ħarsien tal-annimali, il-kwalità tal-kura u s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni lill-komunità u jipprovdu faċilitajiet imtejba għall-ħarsien tal-annimali; u

    vi. Itejbu mezzi ta’ edukazzjoni komunitarja u programmi simili, inkluż l-iżvilupp ta’ materjal neċessarju fir-rigward tal-ħarsien u l-kura tal-annimali.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li l-fondi li tqassmu llum jammontaw għal 50% tal-proġett tal-Animal Welfare Fund, bil-kumplament tal-fondi (50% oħra) mistennija jingħataw lill-għaqdiet is-sena d-dieħla, ladarba l-proġetti jiġu finalizzati. Il-fondi għandhom jintefqu f’sena waħda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0