Pjan ta’ azzjoni minn taskforce tal-Commonwealth għall-iżvilupp taż-żgħażagħ

  • Nov 07, 2018 18:18
  • Miktub minn iNews
"

    F’laqgħa tal-Commonwealth Youth Ministerial Taskforce li saret f’Malta, ġie deċiż li għandhom isiru inizjattivi fundamentali li joħolqu x-xogħol għaż-żgħażagħ u li jagħtu prijorità liż-żgħażagħ fil-pjani ta’ żvilupp nazzjonali.

    Din it-taskforce hi magħmula minn għaxar ministri, b’żewġ rappreżentanti minn kull reġjun tal-Commonwealth. Din it-taskforce tipprovdi pariri dwar id-disinn u t-twassil ta’ programmi għaż-żgħażagħ.

    Waqt il-laqgħa tal-lum, il-membri rrimarkaw kemm hemm urġenza biex jiġu mobilizzati riżorsi biex jintleħqu l-ambizzjonijiet taż-żgħażagħ, li jifformaw 60% tal-popolazzjoni ta’ 2.4 biljun persuna fil-Commonwealth.

    Fost l-istrateġiji li ntlaqgħu kien hemm l-iżvilupp ta’ toolkit li jgħin lill-gvernijiet biex jimbottaw l-intrapriżi taż-żgħażagħ, kif ukoll kors eżekuttiv ġdid għall-ministri, diplomatiċi u segretarji permanenti dwar tmexxija strateġika u mmaniġġjar ta’ xogħol taż-żgħażagħ.

    Ma’ din it-taskforce ngħaqad ukoll id-Duka ta’ Sussex, il-Prinċep Harry bħala l-Ambaxxatur taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth. Fil-fatt, ġew ukoll diskussi modi kif jista’ jsir xogħol fil-qrib miegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0