Investiment ta’ €7 miljun f’titjib estensiv ta’ Triq Reġjonali

  • Nov 07, 2018 18:29
  • Miktub minn iNews
"

    “Pjan ħolistiku u ħidma intensiva – dan hu l-mod kif qegħdin naħdmu biex intejbu r-rotta ewlenija mit-Tramuntana san-Nofsinhar tal-pajjiż.” Hekk sostna l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt li kien qiegħed iħabbar investiment ta’ €7 miljun fuq titjib estensiv ta’ Triq Reġjonali.

    Hu fiehem kif il-Gvern beda minn Triq il-Kosta, kompla bil-Kappara Junction, lesta l-Marsa-Ħamrun Bypass u għaddej bi proġett multi-miljunarju fil-Marsa Junction. Spjega kif dawn l-aħħar żewġ proġetti ngħaqdu permezz tax-xogħol fi Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, filwaqt li sar ukoll titjib fi Triq tal-Barrani. Il-Ministru fakkar ukoll fil-proġett imħabbar tal-mini ta’ Santa Luċija u dak ta’ Sant Andrija, li se jkunu qegħdin ilestu parti oħra minn din ir-rotta, filwaqt li se jsir ukoll xogħol ta’ titjib fil-mini ta’ Santa Venera u l-mina ta’ taħt ir-roundabout f’Tal-Qroqq.

    Il-Ministru Borg qal li issa l-waqt li jinbeda proġett ieħor li se jkompli jgħaqqad din ir-rotta li eluf ta’ nies jagħmlu użu minnha: Triq Reġjonali bejn il-mina Tal-Qroqq u l-mini ta’ Santa Venera. Din it-triq se tkun qiegħda tiġi mtejba b’diversi interventi biex b’hekk tkompli tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà tagħha. It-titjib ta’ Triq Reġjonali se jwassal biex din it-triq fl-aħħar ikollha sitt korsiji, tlieta f’kull direzzjoni, filwaqt li se jsiru interventi importanti li bihom se jsir riallinjament ta’ diversi ħoloq li jingħaqdu ma’ din it-triq prinċipali.

    Fil-karreġġjata mill-mini ta’ Santa Venera fid-direzzjoni lejn l-Imsida, il-korsija addizzjonali se tipprovdi aċċess aktar sigur mill-islip road li tgħaqqad Triq il-Wied fl-Imsida, Triq il-Ferrovija f’Birkirkara u Triq il-Kappillan Mifsud ma’ Triq Reġjonali. Fl-istess waqt, aktar ’il fuq, din l-istess korsija se tnaqqas il-ħin ta’ stennija meta l-vetturi jridu joħorġu minn Triq Reġjonali billi jużaw l-islip road fid-direzzjoni ta’ Triq Dun Karm, l-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei.

    Fid-direzzjoni opposta, il-korsija addizzjonali se ttejjeb l-andament tal-vetturi matul l-islip road li tgħaqqad ir-roundabout f’Tal-Qroqq, jiġifieri l-iskate park, mal-karreġġjata fid-direzzjoni ’l isfel. Dan peress li l-korsija l-ġdida se ssir kontinwa fid-direzzjoni lejn Santa Venera u se tieħu post dik qasira eżistenti. Din l-istess korsija se tipprovdi aċċess aktar sigur biex wieħed joħroġ minn Triq Reġjonali lejn Triq il-Ferrovija u Triq il-Kappillan Mifsud, biż-żewġ toroq jingħaqdu f’waħda fir-roundabout ta’ Birkirkara u Santa Venera.

    Il-Ministru Borg ħabbar ukoll li permezz ta’ danl-intervent infrastrutturali se jinbena mill-ġdid il-pont li jgħaddi minn fuq Triq il-Wied fl-Imsida, liema intervent se jkun qiegħed jibdelil-pont eżistenti, li ilu mis-snin 70, bi struttura ġdida li se tkompli tgħin biex jitjiebu l-allinjament u l-elevazzjoni ta’ din it-triq, kif ukoll biex jingħaqad mal-korsiji l-ġodda, ħalli b’hekk tkompli tiżdied is-sigurtà.

    Dan it-titjib, li qiegħed jitmexxa minn Infrastructure Malta, se jwassal għal 1.1 kilometri ta’ korsiji ġodda għal din it-triq u titjib f’seba’ junctions differenti, fejn se jkun hemm sigurtà miżjuda. Il-proġett se jwassal għal aktar effiċjenza li se tissarraf f’inqas ħin tal-ivvjaġġar.

    Il-Ministru Borg qal li flimkien ma’ dawn l-investimenti, il-Gvern qiegħed iwettaq ħidma bla preċedent fit-toroq residenzjali tal-ibliet u l-irħula tal-pajjiż, u fakkar li nħarġet is-sejħa għall-ewwel 120 triq residenzjali li se jkunu qegħdin isiru fl-2019, filwaqt li se jinħarġu sejħiet oħra fi ftit taż-żmien ieħor. Hu fakkar li dan il-baġit investa €100 miljun għall-infrastruttura.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0