Delia: Irridu li pajjiżna jkun kunfidenti u ppreparat għall-isfidi tal-futur

  • Nov 07, 2018 18:42
  • Miktub minn iNews
"

    Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta hi li pajjiżna jkun kunfidenti u sod fil-valuri li sawruh, iżda wkoll ippreparat għall-isfidi tal-futur. Hekk sostnal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta indirizza l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) f'Ħelsinki.

    Delia qal li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien pass fundamentali fl-istorja ta' pajjiżna, li wassal għal ħafna benefiċċji. Semma li 14-il sena wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Partit Nazzjonalista qed jiġi msejjaħ biex jissalvagwardja l-valuri u l-kisbiet li saru matul is-snin, u qal li se jibqa' jiddefendi s-saltna tad-dritt, id-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni f'Malta. Qal ukoll li fil-preżent Malta qiegħda tiffaċċja l-isfidi minħabba n-nuqqas ta' ħeġġa tal-Gvern li jħares dawn il-valuri li jagħmluna Maltin u Ewropej. Delia appella lill-membri tal-Partit Popolari Ewropew biex flimkien jaħdmu biex jissaħħu dawn il-valuri f'Malta.

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li l-Maltin qegħdin iħossu li l-Ewropa trid tkun aktar preżenti f'setturi li jolqtuhom direttament. Semma li l-immigrazzjoni irregolari hi kwistjoni li tikkonċerna direttament lil Malta, u qal li l-Maltin jemmnu li jrid ikun hemm aktar solidarjetà bejn il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea biex dan il-piż jinqasam.

    Delia tkellem ukoll dwar is-sensittiva għat-tibdil teknoloġiku li qed iseħħ madwar id-dinja kollha. Hu qal li l-avvanzi fl-AI u r-robotika għandhom ikunu fuq quddiemnett tal-aġenda tal-PPE u kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, speċjalment meta dawn is-setturi se jkunu qegħdin joffru x-xogħlijiet tal-futur liż-żgħażagħ tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0