Il-Ministeru għas-Saħħa jiċħad li Steward Healthcare se jħallu pajjiżna

  • Nov 07, 2018 19:20
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għas-Saħħa ċaħad kategorikament dak li qalid-Deputat Nazzjonalista Chris Said illum fil-Parlament li Steward Healthcare se jħallu l-operat ta’ Għawdex.

    Il-Ministeru għas-Saħħa tenna li Steward Healthcare la se jħallu l-operat ta’ Għawdex u lanqas ta’ Malta.

    Dwar ir-rimarki ulterjuri li għamel Chris Said dwar is-servizz tal-isptar ta’ Għawdex, id-Deputat Prim Ministru qal li l-Uffiċċju tiegħu diġà ppubblika fis-sħiħ il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta indipendenti mmexxija mill-Professur Joe Cacciattolo.

    Fl-istqarrija jingħad li l-inkjesta tgħid iswed fuq l-abjad: “The procedures followed were in line with established normal practice and protocols. No difficulties were encountered during the transfer of the patient from GGH to MDH. The patient was only transferred to MDH once the attending physician considered that it was safe to do so. The air ambulance helicopter was available when a decision was taken that the patient needed transfer to MDH.”

    Jingħad ukoll li d-Deputat Chris Said kien anke ppreżentat bl-inkjesta fl-intier tagħha li tispjega fid-dettall is-sekwenza ta’ dak li ġara. Għaldaqstant, il-Ministeru għas-Saħħa qal li d-Deputat Nazzjonalista qed ikun politikament diżonest meta qiegħed jinjora r-riżultat tal-inkjesta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0