“Il-proġett tal-mina t’Għawdex miexi b’rittmu mgħaġġel... iżda b’attenzjoni sħiħa”

  • Nov 07, 2018 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru Ian Borg qal li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’rittmu mgħaġġel, għalkemm qiegħed isir b’attenzjoni sħiħa.

    Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministru Borg qal li fl-aħħar xahrejn tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni u li minnha mistenni titħaffer il-mina. Fl-aħħar ġimgħat, ir-riżultati ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti, entitajiet u awtoritajiet li għandhom x’jaqsmu mal-proġett u issa qegħdin jiġu mirquma u ffinalizzati.

    Il-Ministru qal li tkomplew ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jifformaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar bħal dan. Semma wkoll li qegħdin isiru surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f’Malta u Għawdex. Ma’ dan qed jitħejja wkoll il-disinn tal-kunċett tal-mina nnifisha.

    Biex ma jintilifx ħin, il-Ministru qal li għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa biex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post, kif ukoll ix-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta. Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa biex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli.

    Il-Ministru Borg ma naqasx ukoll milli jsemmi li fi proġett ta’ dan id-daqs, l-istadju tal-ippjanar hu parti integrali mill-proċess tat-twettiq tiegħu. Semma li wara li jitlestew l-istadji tal-proġett li għaddejjin bħalissa, fosthom il-proċess tal-ippjantar tekniku, il-proċeduri tal-istudji u l-evalwazzjoni għall-permessi ta’ dan l-iżvilupp mill-awtoritajiet ikkonċernati, kif ukoll l-għażla tal-kuntratturi meħtieġa permezz tas-sejħiet pubbliċi, ikun imiss li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0