“Rebħa kbira” minkejja t-telfa fil-Kamra tar-Rappreżentanti

  • Nov 08, 2018 08:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Do­nald Trump iddeskriva bħala “rebħa kbira” l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu fl-Istati Uniti. F’dawn l-elezz­jonijiet, id-Demok­ra­tiċi ħadu l-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti filwaqt li r-Repubblikani kkonsolidaw il-ħak­ma tagħhom fuq is-Se­nat.

    Il-maġġoranza tad-De­mok­­ratiċi fil-Kamra tar-Rappreżentanti se tkun tiisser li issa jistgħu jimblukkaw il-pro­gramm leġiżlattiv ta’ Trump. Iżda l-fatt li xorta għadu jikkontrolla s-Senat ifisser li Trump jista’ jaħtar nies f’karigi importanti.

    Dan il-vot kien qiegħed jiġi meqjus bħala referendum dwar il-presidenza ta’ Trump, dan minkejja li l-elezzjoni li jmiss issa hija fl-2020. Dan ir-riżultat jikkonferma “użanza” tradizzjonali fejn il-partit li ma jkunx fil-White House jagħmel avvanzi fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu.

    Minkejja li ġarrbu telfa fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ir-Repubblikani qegħdin jitkellmu fuq il-fatt li huma kisbu maġġoranza fis-Senat. Aktar kmieni matul il-ġurnata tal-Erbgħa, Trump permezz ta’ twitter qal li l-attivisti tiegħu madwar l-Istati Uniti u pajjiżi madwar id-dinja ferħulu għar-riżultat miksub. Mhux magħruf eżatt għal-liema pajjiżi kien qiegħed jirreferi.

    Id-Demokratika u House Minority Leader, Nancy Pelos wiegħdet li l-partit tagħha se jkun qiegħed iservi ta’  kontrapiż għall-White House. Pelos – li se tiġi maħtura bħala speaker, liema pożizzjoni kienet tokkupa bejn l-2007 u l-2011, qalet li din l-elezzjonijiet kien iktar minn sempliċiment Demok­ratiċi u Repubblikani imma biex isservi ta’ kontrapiż għat-tmexxija ta’ Donald Trump

    Id-Demokratiċi kisbu iktar mit-23 siġġu li riedu biex jiksbu l-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Issa, huma jkunu jistgħu jniedu investigazzjonijiet dwar l-am­ministrazzoni u l-kummerċ ta’ Trump, minn dak li għandu x’jaqsam ma’ taxxi għal kunflitti ta’ interess. 

    Id-Demokratiċi issa jkunu jistgħu jwaqqfu b’mod iktar effettiv il-pjanijiet leġiżlattivi tiegħu, fosthom il-famuż ħajt mal-Messiku. Min-naħa l-oħra fis-Senat, ir-Repubblikanti żiedu r-rappreżentanza tagħhom minn 51 siġġu għal 54. B’kollox fis-S­enat hemm 100 siġġu.

    Għalkemm issa se jkun iktar diffiċli għal Trump biex imexxi, din tista’ tkun ħaġa li jdawwarha favurih. Issa Tr­ump jista’ jkollu skuża f’min iwaħħal jekk l-ekonomija ma tibdiex sejra tajjeb. Għandu skuża wkoll jekk ma tantx iwettaq affarijiet fis-sentejn li ġejjin għax jargumenta li mhux qed iħalluh jaħdem u għalhekk jista’ juża dan fil-kampanja elettorali li jmiss. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0