L-Istat qiegħed ifalli lil dawn in-nisa... “Sa ftit ilu, ma stajniex ngħidu l-kelma ‘abort’ fil-pubbliku”

  • Nov 08, 2018 10:07
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    “Li nixtiequ aħna huwa li n-nies jaraw l-istejjer kif verament huma – u jifhmu verament is-sitwazzjonijiet differenti li n-nisa jaffaċċjaw, kif ukoll l-għażliet li kellhom quddiemhom. Dawn in-nisa li rrikorrew għall-abort m’għandhomx jiġu mistmerra, kkundannati jew mgħajjra: Bil-kontra, għandhom jiġu aċċettati u rispettati.”

    Tennew dan il-moderaturi ta’ Break the Taboo, paġna li nħolqot riċentament fuq il-midja soċjali bil-għan li tippubblika b’mod anonimu l-istejjer personali ta’ nisa Maltin li wettqu abort. L-Orizzont tkellmet mal-moderaturi ta’ din il-paġna (li xtaqu jibqgħu anonimi), u spjegaw kif l-għan aħħari tal-grupp kien il-ħolqien ta’ “spazju sigur fejn in-nisa jistgħu jaqraw l-esperjenzi ta’ ħaddieħor, biex hekk jaraw li huma mhumiex weħidhom, u li m’għandhom xejn minn xiex jistħu.”

    “Sa riċentament, il-kelma ‘abort’ ma setgħetx tingħad fil-pubbliku. L-abort kien, u għadu, suġġett taboo, b’numru ta’ politikanti, għaqdiet hekk imsejħa pro-life, kif ukoll personaġġi fuq il-midja soċjali, jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħlqu kwalunkwe diskors fuq is-suġġett. Tista’ tinjora r-realtà, però dan ma jfissirx li l-abort ma jibqax iseħħ.”

    Il-moderaturi tal-paġna tennew kif ir-rakkonti ppubblikati kienu ġejjin minn sfondi u realtajiet differenti: “Minn omm li kellha kankru waqt it-tqala tagħha, vittmi ta’ stupru, kif ukoll żagħżugħa ta’ 17-il sena li kienet għadha ħa tibda il-ħajja tagħha.”

    “Dawn huma l-istejjer tagħhom; l-esperjenzi reali tagħhom; il-ħajjiet tagħhom. Huma għamlu dak li huwa l-aħjar għalihom, u għall-familji tagħhom. Allura, m’għandniex niġġudikawhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0