ARA: “Is-solitudni u d-droga fost il-ġrieħi li qed jolqtu lis-soċjetà Maltija”

  • Nov 08, 2018 14:29
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Id-Direttur ta’ Caritas Malta Dr Anthony Gatt qal li s-soċjetà Maltija għandha erba’ ġerħiet: il-gap bejn is-sinjur u l-fqir, id-droga, t-theddida għas-sens ta’ komunità u s-solitudni. 

    Huwa stqarr dan waqt konferenza stampa li matulha ġew imħabbra sensiela ta’ inizjattivi u attivitajiet b’rabta mal-50 anniversarju mit-twaqqif ta’ Caritas Malta. 

    Dr Gatt spjega kif huwa d-dmir ta’ Caritas Malta, li titkellem fuq dak li qed jhedded lis-soċjetà Maltija tal-lum. Huwa stqarr li hemm min sejjer tajjeb materjalment filwaqt li min għandu dħul baxx qed ibati ħafna. 

    “Nemmnu li biex ħadd ma jbati f’Malta u fid-dinja, min għandu jrid jaqsam ma’ min m’għandux,” qal id-Direttur ta’ Caritas Malta. 

    Dwar id-droga, huwa qal li hija inkwetanti kif hawn nies li qed ifittxu aktar il-kokaina u l-kannabis. Irrefera wkoll għad-dibattitu tal-legalizzazzjoni tal-kannabis u qal li meta tiżen kollox, li tagħmel il-kannabis aċċessibbli hija ta’ iktar ħsara milli ġid. 

    Dr Gatt żied jgħid kif minkejja li l-poplu huwa ġeneruż, “nibżgħu li l-valuri tal-kompassjoni u l-attenzjoni ta’ xulxin qed jiġu mhedda.”  Huwa semma għadd ta’ każijiet fosthom “nuqqas ta’ żgħażagħ jitħajru għal xogħol ta’ għajnuna soċjali, meta bniedem ifittex aktar il-paga milli r-responsabbilitajiet tiegħu, meta tara anzjan li ħadd ma jqumlu fuq tal-linja, nies ma jinteressahomx mir-riċiklaġġ, tfal m’għandhomx ħin għall-ġneituri, ġenituri mimlija nervu u m’għandhomx ċans għal uliedhom u ż-żieda fid-divorzji.”

    Dwar il-ġerħa tas-solitudni, spjega li l-Caritas Malta qed tikkollabora mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà biex iħarsu lejn dan il-fenomenu u jipprovaw jagħtu soluzzjonijiet.

    Sadanittant, fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha, Caritas Malta ħasbet biex tibdel il-logo tagħha kif ukoll il-websajt b’tali mod li jtuha dehra aktar moderna u aċċessibbli. 

    Caritas Malta nediet ukoll kampanja pubblika ta’ tqajjim ta’ kuxjenza #caritasin50ways, biex tqajjem kompassjoni fis-soċjetà.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0