Kienu jisfurzaw lill-ħaddiema jixorbu l-awrina u jieklu l-wirdien

  • Nov 08, 2018 18:04
  • Miktub minn iNews
"

    Maniġers ta’ kumpanija Ċiniża ġew arrestati minħabba li kienu jisfurzaw lill-impjegati li ma jkunux laħqu l-miri stabbiliti biex jixorbu l-awrina u jieklu l-wirdien bħala kastig.

    Il-pulizija ħadet azzjoni immedjata wara filmati li juru ħaddiema jiġu msawta b’ċintorin u jixorbu likwidu isfar. Kummenti fuq il-midja soċjali kienu qed jallegaw li l-ħaddiema kienu jiġu mġiegħla wkoll li jieklu l-wirdien jekk ma jilħqux il-miri mitluba minnhom.

    B’rabta ma’ dan il-każ, tliet maniġers ġew arrestati bejn ħames u għaxart ijiem.

    Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali Ċiniża Weibo kien juri ħaddiem bilwieqfa f’nofs ċirku qiegħed jiġi msawwat b’ċintorin.  

    Ħaddiema oħrajn ta’ din il-kumpanija, li tispeċjalizza fir-rinovazzjoni tad-djar f’Guizhou, qalu li huma ġieli raw ħaddiema jixobru likwidu isfar minn tazzi tal-plastik waqt li jagħlqu mnifsejhom. Skont rapporti li dehru fil-midja, din il-kum­panija kienet tipprattika numru ta’ kastigi oħrajn fuq il-ħaddiema, fosthom li dawn kienu jkunu mġiegħla jixorbu l-ilma tat-tojlit jew ħall jew saħansitra jitqaxxrilhom xagħarhom.

    Apparti hekk, il-ħaddiema ta’ din il-kumpanija ilhom ma jitħallsu għal dawn l-aħħar xaharejn. Dawn il-ħaddiema baqgħu qatt ma tkellmu minħabba biża’ li jitilfu xogħolhom u jibqgħu qatt ma jitħallsu l-ammont dovut lilhom. 

    Dan huwa l-aħħar każ minn sensiela ta’ każi oħrajn fejn kumpaniji Ċiniżi użaw metodi kontroversjali fuq il-ħaddiema tagħhom. Każ partikolari kien ta’ kumpanija li sfurzat lill-ħaddiema tagħha biex jitkaxkru f’toroq pubbliċi jew inkella jbusu tankijiet taż-żibel. Dawn jagħmluh jew bħala kastig jew bħala eżerċizzju ta’ team building.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0