Il-Blue Light Foundation tikseb l-appoġġ ta’ BNF Bank

  • Nov 09, 2018 12:37
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Simon Schembri Blue Light Foundation hi l-aħħar organizzazzjoni non-profit li gawdiet minn fondi mogħtija minn BNF Bank, permezz ta’ inizjattivi ta’ responsabbiltà korporattiva li tieħu l-kumpanija. L-assoċjazzjoni pjuttost ġdida tonora dawk in-nies li jaħdmu fis-setturi tal-ewwel għajnuna u l-protezzjoni ċivili u l-familji tagħhom, u għandha l-ghan li tqajjem kuxjenza dwar il-periklu li xogħolhom jinvolvi. Il-Bank, li għandhu l-impenn li jtejjeb l-ħajja tan-nies permezz ta’ inizjattivi li jaġevolaw il-komunità, malajr ta l-appoġġ tiegħu lil din l-organizzazzjoni li l-oġġettiv tagħha hu s-saħħa tal-membri li jkunu involuti f’xi inċident serju.

    Il-Fondazzjoni għandha l-għan li toħloq fond li, fejn hu neċessarju u possibbli, jgħin lill-membri tas-servizzi tal-emergenza nklużi l-paramediċi, il-pulizija, membri fil-faċilità korrettiva, il-forzi armat u membri tal-protezzjoni ċivili, li jkunu involuti f’xi inċident serju fuq xogħolhom.

    Il-Fondazzjoni toffri wkoll assistenza professjonali psikoloġika lill-vittrmi u lill-familji tagħhom. Tagħti wkoll importanza lill-għarfien fost il-pubbliku tad-dmirijiet ta’ kuljum li jaqdu l-membri f’dawn is-setturi li jagħtu servizz essenzjali lis-soċjetà, u tal-perikli li jiffaċċjaw waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ BNF Bank Michael Collis wera l-apprezzament tiegħu ta’ din il-Fondazzjoni ġdida. “Membri tal-forzi ċivili jagħmlu xogħolhom kuljum f’sitwazzjonijiet diffiċli u xi kultant perikolużi, biex jiżguraw li l-komunità li ngħixu fija tkun waħda sigura. U għaliex xogħolhom jagħmluh sew, xi kultant ninsew kemm jaħdmu biex iżommu l-ordni. Xogħolhom jiżgura s-saħħa u s-sigurtà fil-postijiet fejn ngħixu, u għal dan aħna grati.”

    Il-President tal-Blue Light Foundation, Dr Herman Mula, irringrazzja lil-BNF Bank tad-donazzjoni ġeneruża u ħajjar lil kumpaniji oħra biex jimxu fuq dan l-eżempju u jgħinu lill-Fondazzjoni tilħaq il-miri tagħha. “L-organiazzazzjoni tagħna hi waħda volontarja u niddependu fuq l-assistenza tal-komunità biex inkunu nistgħu nilħqu l-oġġettivi tagħna. Aħna ċerti li l-konumità se tirrispondi bil-ġenerosità li turi s-soltu.”

    F’Malta, il-Korp tal-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati u membri tal-faċilità Korrettiva ta’ Kordin flimkien jimpjegaw mal-4,500 membru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0