Il-pipeline tal-gass maħsub li jkun lest sal-2024

  • Nov 09, 2018 13:27
  • Miktub minn iNews
"

    F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata il-Ministru għall-Enerġija u r-Riżorsi Joe Mizzi u l-inġinier Alexandra Meli, responsabbli mill-immaniġġjar tal-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija, qalu li matul ix-xahar li ġej se jibda l-istudju ambjentali fejn se jkun qed jitqiegħed il-pipeline tal-gass bejn Gela u Dellimara.

    L-istudju se jdum madwar tliet xhur, u fl-2019 issir l-applikazzjoni b’rabta mal-proġett mal-awtoritajiet Maltin u kif ukoll dawk Taljani. Fl-2020 huwa maħsub li joħroġ it-tender, filwaqt li fl-2021 huwa maħsub li t-tender jiġi aġġudikat, bix-xogħlijiet jibdew fl-2022 u l-proġett jitlesta sentejn wara.

    Ladarba jitlesta x-xogħol it-tanker tal-ħażna tal-gass Armada LNG Mediterrana jkun jista’ jitlaq minn Malta.

    Il-pipeline bejn Malta u Sqallija se jkun twil 151 kilometru, b’seba’ kilometri oħrajn f’Gela biex jgħaqqad il-pipeline mat-terminal fi Sqallija. Min-naħa l-oħra f’Malta se jkun hemm kilometru ieħor ta’ pipeline mill-inħawi tal-Kalanka sal-powerstation.

    Il-proġett mistenni li jiġi jiswa €350 miljun, bil-ħsieb tal-Gvern huwa li jakkwista l-iktar possibbli fondi mill-Unjoni Ewropea.

    Il-Ministru Mizzi ħabbar ukoll it-twaqqif tal-kumpanija “Melita Transgas Pipeline”, liema kumpanija se tkun qed taqa’ taħt l-aġenzija għall-enerġija u l-ilma, li se tkun responsabbli mill-proġet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0