Seba' xhur ħabs għal raġel b'“bibbja” ta' reati

  • Nov 09, 2018 15:33
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef warrbet l-appell li għamlilha raġel li kien ikkundannat seba' xhur ħabs wara li hedded gwardjana lokali u rrimarkat kif huwa ma tgħallimx u għandu “bibbja” ta' reati.

    Joseph Cini kien instab ħati li fl-20 ta' Ġunju 2017 f'Tal-Pieta hedded lill-gwardjana Natalina Said, weġġgħaha bi kliemha, naqas li jobdi l-ordnijiet tagħha, kiser il-paċi pubblika b'għajjat u storbju u għamel ġesti oxxenti fil-pubbliku.

    Mill-provi rriżulta li wara li tatu ċitazzjoni talli ipparkja ħażin fi Triq Qrejten, Cini mbuttaha, tajrilha l-beritta, beda joffendiha u anke jgħajjarha li ma setax ikollha tfal u li għamja.

    Cini nstab ħati u minbarra seba' xhur ħabs kien immultat €1,500 imma appella fejn fl-argumenti tiegħu semma, fost oħrajn, kif il-gwardjana tat ċitazzjoni biss lilu meta oħrajn ipparkjati ħażin le.

    L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li semgħet l-appell, irrimarkat li huwa ma ċaħadx li għajjar lill-gwardjana u qal kliem oxxen fil-konfront tagħha u semmiet kif gwardjana lokali oħra, Sarah Micallef, ikkonfermat dan.

    Fl-istess waqt li ma sabitux ħati li weġġa' lil Said bi kliemu u għalhekk illibertu minn din l-akkuża, l-imsemmija mħallef irreferiet għall-fedina penali tiegħu u iddeskrivietha bħala “bibbja” bir-reat li fiha.

    Kien għalhekk li waqt li rrimarkat li huwa baqa' ma tgħallimx mill-imgħoddi, l-Imħallef Scerri Herrera iddeċidiet li tikkonferma l-piena li ngħatat mill-Qorti tal-Maġistrati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0