“Dan huwa attakk ikkordinat fuqi u fuq il-proġett tal-impjant tal-gass ta’ Dellimara” … Il-Ministru Mizzi jirreaġixxi għar-rapport dwar 17 Black

  • Nov 09, 2018 17:32
  • Miktub minn iNews
"

    “Dan huwa attakk ikkordinat fuqi u fuq il-proġett tal-impjant tal-gass ta’ Dellimara li ħalla 50% inqas emissjonijiet u 90% inqas trab fl-arja, u permezz tiegħu llum għandna kontijiet orħos u twaqqgħet darba ghall-dejjem iċ-ċumnija ta' Dellimara.” Hekk saħaq il-Ministru Konrad Mizzi f’kummenti lil Inewsmalta b’risposta għal dak irrapportat aktar kmieni llum minn The Times of Malta li dokument mogħti lil investigaturi kriminali lokali jiżvela li n-negozjant u d-direttur tal-powerstation tal-Electrogas, Yorgen Fenech, huwa s-sid tal-kumpanija “17 Black”.

    Fil-kumment tiegħu lilna l-Ministru Mizzi emfasizza li qatt ma kellu konnessjonijiet jew informazzjoni dwar il-kumpanija “17 Black”. Tenna jgħid li dejjem kont konsistenti mal-verità. “Dan tikkonfermah l-audit indipendenti li saret mingħand il-kumpanija internazzjonali Crowe Horwath.

    Il-Ministru Mizzi saħaq li llum il-pajjiż qiegħed igawdi mit-trasformazzjoni li wettaq il-Gvern u huwa kburi li kien protagonist f'din it-trasformazzjoni. “Wettaqna bidliet kbar fil-pajjiż. Fis-settur tas-saħħa, qtajna għal kollox il-mediċini out of stock, żidna is-sodod fl-isptarijiet, u naqqasna l-waiting lists f'Mater Dei. Illum qiegħed naħdem sabiex kif l-Enemalta ttrasformajniha minn kumpanija li taghmel it-telf għal kumpanija li tirreġistra surplus, ingibu l-Air Malta fuq saqajha. Qegħdin on track biex nagħmlu dan, hekk kif għall-ewwel darba f'20 sena l-Air Malta għalqet is-sena finanzjarja tagħha mingħajr telf.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0