Delia: “Il-PM m’għandu l-ebda għażla oħra ħlief li jneħħi lill-Ministru Mizzi u lil Keith Schembri”

  • Nov 09, 2018 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    “Il-Prim Ministru Joseph Muscat m’għandu l-ebda għażla oħra ħlief li jneħħi lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.” Hekk saħaq il-Kap Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’konferenza tal-aħbarijiet marbuta mar-rapport li kien ippubblikat minn The Times of Malta li juri li l-kumpanija f’Dubaj “17 Black” hija ta’ Yorgen Fenech, negozjant u direttur fil-konsorzju Electrogas.

    Delia tenna li r-reputazzjoni ta’ Malta ilha taqla’ daqqa wara l-oħra u l-Prim ministru mhu jagħmel xejn biex jiddefendi r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

    Huwa żied jgħi li fl-aħħar xhur seħħew fatt wara l-ieħor li mhux biss qed ikompli jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna iżda qed jipperikola wkoll eluf ta’ ħaddiema u operaturi fis-setturi tal-finanzi, gaming u setturi ġodda li qed ikunu attratti jiftħu l-operat tagħhom f’pajjiżna.

    Filwaqt li talab għar-riżenja ta’ Schembri u tal-Ministru Mizzi, Delia żied jgħid li l-Oppożizzjoni mhix se tiebqa’ siekta u mhix se tieqaf hawn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0