Lejn irtirar u kapaċità finanzjarja aħjar

  • Nov 22, 2018 17:32
  • Miktub minn iNews
"

    “Irridu nippjanaw għall-ġenerazzjonijiet futuri fejn jidħlu l-qasam tal-pensjonijiet u għalhekk qed nimplimentaw bis-sħiħ l-istrateġija tal-irtirar u l-kapaċità finanzjarja”, qal il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon waqt breakfast workshop.

    Il-Ministru Michael Falzon faħħar din l-istrateġija li qed titħaddem minn professjonisti li qed jinvolvu ruħhom f’riċerka li minnha jista’ jagħmel użu l-pubbliku ġenerali, entitajiet tal-gvern, NGOs u oħrajn.

     Il-Ministru Falzon insista li l-pajjiż irid ikun preparat għal ġenerazzjoni li dejjem qed tixjieħ filwaqt li qed jitwieldu inqas trabi. Għaldaqstant iridu jsiru l-istudji neċessarji biex jilqgħu u jindirizzaw din ir-realtà ġdida.  Il-Ministru esprima sodisfazzjon għall-mod kif il-faqar qed jonqos b’mod drastiku speċjalment fost dawk il-faxex l-aktar vulnerabbli - it-tfal u l-anzjani. 

    Il-Ministru Michael Falzon qal li n-numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqsu b’16,368 mill-2013 ’l hawn. Din l-istatistika turi wkoll kontinwità ta’ riżultati pożittivi. Dan meta s-sena li għaddiet 2,000 persuna oħra nħarġu minn sitwazzjoni ta’ riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Mill-2014 ’l hawn (ibbażat fuq id-dħul fl-2013), ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqset bi ftit inqas minn 5 punti perċentwali jew 16,000 persuna.

    Ir-rata ta’ ċaħda materjali severa naqset għal terz ta’ dak li kienet erba’ snin ilu meta wieħed iqis id-dħul tal-familji. Dan ifisser ukoll li naqset ferm anqas minn nofs ir-rata fl-2013, mentri fl-2013 pajjiżna kellu rata ta’ caħda materjali severa daqs dik fl-UE, illum ir-rata f’pajjiżna hi nofs dik fl-UE. 

    Il-Ministru Michael Falzon qal ukoll li l-pensjonanti se jkomplu jgawdu minn diversi miżuri oħrajn fl-2017 u fl-2018 u dawn mistennija jirriflettu ruħhom f’aktar titjib fis-snin li ġejjin.

    Intant, l-istrateġija tal-irtirar u l-kapaċità finanzjarja qed tara li jitfassal programm ta’ edukazzjoni strutturata tal-litteriżmu finanzjarja biex imbagħad ikun jista’ jiġi adottat anke mill-MCAST. L-għan hawnhekk hu li aktar professjonisti jaħdmu fis-settur . Inizjattiva oħra hi t-tnedija ta’ ‘kampanja ta’ għarfien’ speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli u li m’għandhomx aċċess għal riżorsi finanzjarji. Fi ħdan dan il-grupp se jitwettqu tmien kampanji ta’ edukazzjoni mmirati lejn persuni f’impjieg bi dħul baxx, persuni f’xogħol; persuni li jaħdmu għal rashom; membri tal-familja li jaħdmu fin-negozji tal-familja imma ma jħallsux kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali; persuni b’diżabilità; romol; ġenituri waħedhom; u persuni separati/divorzjati. Kampanji oħrajn se jkunu mmirati lejn nies bi dħul medju li iżda jistgħu jispiċċaw f’riskju ta’ faqar jekk ma jippjanawx b’mod effettiv meta jirtiraw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0