Titnieda CD ġdida b’mużika Ewropea

  • Nov 22, 2018 17:48
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Big Friends Guggen Musik għadhom kif nedew CD ġdida b’mużika Ewropea. It-tnedija ta’ din is-CD sar waqt il-Guggen Show Concert li tellgħet l-istess banda fil-lukanda San Antonio Buġibba aktar kmieni dan ix-xahar. Il-kunċert, li kien suċċess kbir,  kellu bħala tema “10 snin ta’ mużika guggen”.

    Fis-CD hemm arranġamenti tas-surmast direttur Etienne Spiteru u l-assistent surmast Ian Sammut. Fost dawn l-arranġamenti hemm Viva Malta, L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt, Can Guggen Can, Zorba the Greek, Aci-Guggen Reale, The Guggen Waltz, Guggen Shalala, E Viva Spagna, Axel Guggen F, Radestzky, The Final Countdown. Ic-CD saret mir-recording engineer Alan Schembri. 

    Sadanittant il-Guggen Muzik għaddejja bl-aħħar preparazzjonijiet tagħha għall-wirja dwar guggen musik. Il-wirja tiftaħ b’quddiesa llum il-Ħamis, fit-7.45 pm fiċ-centru mużikali tal-band. F’din il-quddiesa jiġu ppreżentati l-istrumenti ġodda li ser jitbierku mill-kappillan tal-istess għaqda Patri Deo Debono

    Fuq stedina tal-Għaqda Mużikali Santa Katerina taż-Żurrieq, il-Big Friends Guggen Musik nhar is-Sibt 24 ta’ Novembru se tieħu sehem f’festival ta’ baned fl-okkażjoni tal-miġja tal-vara titulari ta’ Santa Katerina 200 sena ilu. Fl-istess festival ser jipparteċipaw ukoll il-Banda Beland taż-Żejtun, il-Banda tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto Banda San Bastjan u l-Walles Pipes and Drums.

    L-Għaqda tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijit tagħha il-Ħadd 25 ta’ Novembru bi programm speċjali li jibda fl-3.30pm u li jwassal għall-ftuħ uffiċjali taċ-ċentru mużikali tal-għaqda fil-Floriana.

     Fil-bidu ta’ Ottubru Il-Big Friends Guggen Musik żammet seminar fejn ġiet ittratta l-istorja tal-mużika  Guggen u tagħrif dwar attivitajiet imtellgħin fiż-żminijietna madwar id-dinja. Għal dan is- seminar ipparteċipa Thorsten Buehn mill-Ġermanja kif ukoll lil  Helen Sarina Kleie mill-iSvizzera li għandhom esperjenza kbira f’dan il-qasam. Dan kollu qiegħed isir bħala parti minn proġett finanzjat mill-Malta Council of Voluntary Sector fuq il-programm VOPs u SIS. 

    Il-Big Friends Guggen Band, taħt id-direzzjoni tas-surmast Etienne Spiteri u tal-Assistent Surmast Ian Sammut din  is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0