''Ħafna sensazzjonaliżmu għalxejn... jidher li kienet biss prova ta' murtal''

  • Nov 22, 2018 17:24
  • Miktub minn iNews
"

    Wara rapporti fuq il-midja lokali dwar “Splużjoni oħra f’Ħal Għaxaq”, dan is-sit għamel kuntatt mas-Segretarju tal-Għaqda mużikali San Ġużepp Frankie Zammit, li tagħhom hija l-kamra tan-nar saru r-rapporti dwarha li qalilna li l-isplużjoni seħħet ‘il barra mill-kamra tan-nar u li ħadd ma ngiref f’dan l-inċident. Huwa qalilna li minkejja li għadu ma wasalx fil-post mill-ewwel informazzjoni jidher li dan kollu kien riżultat ta’ prova ta’ murtal li marret ħażin. Huwa ddeskriva r-rapporti li saru bħala “ħafna sensazzjonaliżmu għalxejn”.

    Intant fl-aħħar ħin għamel ir-reazzjoni tiegħu wkoll id-detentur tal-kamra Gordon Bugeja li kkonferma li ma kien ġara xejn fil-post tan-nar ta’ San Ġużepp u kienet biss prova ta’ qasma li marret ħażin. Hu ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u anke l-ambulanza li kienu fil-post f’temp qasir minkejja li huma ma laħqu infurmaw lil ħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0