Il-gvern Franċiż jgħid li hemm bżonn li l-poplu rrabbjat jingħata widen

  • Diċ 04, 2018 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornata: Wara ġimgħat ta’ protesti vjolenti fi Franza, il-Prim Ministru Edouard Philippe qal li jeħtieġ li l-poplu jingħata widen għar-rabja tiegħu u li mhux se jkun hemm l-ebda miżura applikata fis-sitt xhur li ġejjin. Dan sakemm ma jsir dibattitu ġust ma’ dawk li se jkun affettwati.

    Minn mindu bdew il-protesti l-grupp “gilets jaunes” kompla jikber, b’persuni jingħaqdu biex isemmgħu leħinhom dwar in-nuqqas ta’ qabil fejn tidħol żieda fit-taxxa fuq il-fjuwil.

    Il-gvern Franċiż se jkun qiegħed jissospendi ż-żieda ta’ taxxi fuq il-fjuwil, liema deċiżjoni wasslet għal ġimgħat ta’ protesti qawwijin. Il-protesti kienu mifruxin fl-akbar partijiet tal-pajjiż u riżultat ta’ dan huma l-ħsarat estensivi li kienu rrapurtati fl-aħħar tliet ġimgħat.

    Il-Prim Ministru Edouard Philippe fittex li jilħaq kompromess mal-protestanti, iżda l-għajta tagħhom kienet titkellem waħdiha. Il-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu “gilets juanes” ħareġ fit-toroq Franċiżi liebes l-ilbies meħtieġ li jintlibes biex tkun tista’ ssuq skont il-liġi tal-pajjiż.

    Tliet persuni mietu minn meta bdiet din il-vjolenza u vandaliżmu ta’ diversi statwi, liema aġir kien ikkundannat.

    Minkejja li l-President Emmanuel Macron kien elett madwar sentejn ilu, skont l-aħħar sondaġġi ippubblikati ġewwa Franza, l-popolarita tiegħu naqset drastikament f'dawn l-aħħar xhur. Huwa akkuża lill-partiti fl-Oppożizzjoni li kienu qegħdin jużaw dawn il-protesti għall-iskopijiet partiġġjani tagħhom biex iwaqqfu dawn ir-riformi milli jseħħu

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0