Express Trailers Tkompli Tkabbar is-Servizz ShipLowCost.com

  • Diċ 04, 2018 14:20
  • Miktub minn iNews
"

    Express Trailers mhux biss għadha kemm tejjbet il-pjattaforma online ShipLowCost  b’dehra ġdida, iżda iżjed important minn hekk, issa tejjbet is-sistema biex bi ftit clicks, il-klijenti jistgħu jibgħatu kwalunkwe ħaġa, f’kwalunkwe pajjiż fid-dinja.

    “Sa minn meta bdejna noperaw is-servizz ShipLowCost, il-pjan strateġiku tagħna minn dejjem kien li ngħinu lil kull min ibigħ f’Malta biex jikseb aċċess għas-suq globali. Kull min ibigħ, qed ifittex li minbarra li jkollu l-ħanut fiżiku, ikun kapaċi wkoll ibigħ online bil-kummerċ elettroniku. Waħda mill-ikbar sfidi għal pajjiż bħal tagħna li huwa gżira, hija li jkun hemm effiċjenza u effettività fil-mod kif dak li jinbigħ b’mod elettroniku, jitwassal lill-klijent ikun fejn ikun fid-dinja. Issa li qed nipprovdu lil min ibigħ online b’pjattaforma biex minn fuqha jbiegħu madwar id-dinja, qed ngħinu lil kulħadd isir bejjiegħ globali,” qal Franco Azzopardi, Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Express Trailers.

    “Sal-lum, ShipLowCost.com kienet primarjament għal dawk li jixtru online minn barra u jibgħatu dak li jixtru f’wieħed mid-depots tagħna madwar l-Ewropa biex minn hemm, inġibuhomlhom Malta bl-għajnuna tal-loġistika tagħna. Is-saħħa ta’ dan is-servizz jinsab fil-fatt li aħna għandna flotta sħiħa ta’ trailers b’eluf ta’ vjaġġi minn u lejn Malta - fatt li jagħmel dan is-servizz tant effiċjenti. Issa, is-servizz qed ikun estiż lil kulħadd, kemm negozji kif ukoll individwi li jridu jbiegħu u jibgħatu dak li jbiegħu, f’kwalunkwe pajjiż madwar id-dinja.” 

    “Fil-fatt, nidejna s-servizz issa, f’dan iż-żmien partikolari tas-sena għal dawk il-ħafna klijenti li jixtiequ jibgħatu r-rigali lill-maħbubin tagħhom barra minn Malta għall-Milied,” żied qal Franco Azzopardi. “Bl-esperjenza u l-ħidma tagħna fil-qasam tal-loġistika, nistgħu nissapportjaw lill-klijent tagħna li qed jesporta, b’servizz ta’ ġbir u ppakkjar f’kaxxi filwaqt li lin-negozjant li forsi għandu iżjed xogħol, nistgħu noffru servizz ta’ managed warehousing bl-għażla ta’ pick-pack-deliver.”

    “Dan il-proġett, li ilna ninvestu xogħol fih għal dawn l-aħħar tlett snin, mistenni jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Express Trailers fis-settur tal-loġistika f’Malta,” żied Franco Azzopardi.

    ShipLowCost.com se tibqa’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin għal Express Trailers fl-2019. 

    “Mill-aspett kummerċjali, se nkomplu nsaħħu l-kapaċità li ShipLowCost.com tintuża wkoll minn negozji b’mod li s-servizz ikun jinkludi wkoll l-esportazzjoni għall-bejgħ online minn bejjiegħa ibbażati f’Malta. B’dan is-servizz ġdid, wieħed m’għandux għalfejn ikun esportatur kbir biex ibigħ barra minn Malta. Fil-fatt, wieħed se jkun jista’ jbiegħ ukoll f’kwantitajiet żgħar u xorta jserraħ fuq l-aqwa loġistika u trasport għall-konsenja,” temm Franco Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0