Il-President Sqalli f’Malta għal taħditiet dwar il-pipeline tal-gass

  • Diċ 04, 2018 14:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci bħalissa jinsab f’Malta għal taħditiet bilaterali mal-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi dwar il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija. 

    Sa mill-bidu tal-proġett, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, imbarka fuq eżerċizzju ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati li nkluda wkoll laqgħat fi Sqallija biex ikun żgurat li t-tħassib ewlieni tagħhom jkunu magħrufa u indirizzati fid-disinn tal-proġett.

    Matul l-ewwel laqgħa li saret ilbieraħ filgħodu, il-Ministru Mizzi assigura lill-President Musumeci li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni se jkompli u fil-fatt se jkunu qed isiru laqgħat oħra ta’ konsultazzjoni fix-xhur li ġejjin ġewwa Sqallija biex ikun spjegat f’hiex ikun wasal il-proġett u fl-istess waqt jippermetti lill-awtoritajiet Maltin jifhmu x’inhu t-tħassib tagħhom.

    Il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern Malti qed jieħu b’serjetà kbira l-aspett ambjentali tal-proġett, u qed jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali kemm fuq in-naħa tal-art kif ukoll fuq in-naħa tal-baħar. “Dawn l-istudji bħalissa qed jitwettqu u l-awtoritajiet Sqallin u Taljani huma involuti b’mod sħiħ u aġġornati bil-progress tagħhom.” 

    “Irridu naħdmu flimkien mal-awtoritajiet Sqallin biex niżguraw li l-proġett ikollu livell għoli ta’ aċċettabilità fi Sqallija u li dan isir b’tali mod li jirrispetta l-ambjent naturali u tal-baħar tar-reġjun ta’ Gela,” tenna l-Ministru Mizzi.

    Il-proġett tal-pipeline tal-gass ġie indikat mill-Unjoni Ewropea bħala Proġett ta’ Interess Komuni fid-dawl li jippermetti r-rabta ta’ Malta man-network Ewropew tal-gass. L-ambitu ewlieni tal-proġett huwa l-importazzjoni tal-gass minn Sqallija lejn Malta u t-tlestija tiegħu fl-2024 se tara t-tneħħija tat-tanker tal-LNG li hemm ankrat f’Marsaxlokk. 

    Intant, iż-żjara ta’ Musumeci ffokat ukoll fuq l-aspett kulturali, fejn l-istorja rikka u t-tradizzjonijiet ta’ Malta u Sqallija jipprovdu opportunitajiet importanti f’oqsma bħall-arti stabbilita u tradizzjonijiet festivi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0