Body scanners ġodda għal iktar sigurtà fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • Diċ 04, 2018 18:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru Michael Farrugia ppreżenta l-ittra tal-ħatra lil ħames fizzjali fi ħdan id-Diviżjoni tas-Servizzi Korrettivi fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni Alexander Dalli, taċ-Chief Operations Officer Randolph Spiteri u tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Kevin Mahoney. Din il-promozzjoni kienet ilha tmintax-il sena ma tingħatha.

     

    Il-Ministru qal li wara li saret evalwazzjoni sħiħa tat-tmexxija tal-Faċilità, ġie stabbilit li fil-Faċilità kien hemm bżonn ta' ristrutturar fil-management. Il-ħatra ta' dawn il-fizzjali hi pass ieħor mit-tibdil li għaddej. Barra minn hekk beda taħriġ kontinwu għall-uffiċjali kollha fi ħdan id-Diviżjoni tas-Servizzi Korrettivi.

    Żied li fil-ġimgħat li ġejjin se jiddaħħlu body scanners mgħammra b'teknoloġija avvanzata biex tiżdied is-sigurtà u jonqsu l-oġġetti projbiti fil-faċilità. Il-Ministru Farrugia qal li mal-bidu tas-sena l-ġdida se ssir bidla fil-kwalità u fl-ikel provdut lir-residenti b'menu li jagħżlu minnu u li jinbidel kuljum fuq perjodu ta' ġimagħtejn.

    Semma li wara li jitlesta prison brief għandu jsir design brief li permezz tiegħu se jkunu mgħarrfa l-bżonnijiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li se jidentifika jekk hemmx bżonn li tinbidel l-infrastruttura jew tiżdiedx binja magħha. Qal li l-awtoritajiet tal-Faċilità se jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu lill-priġunieri u lill-familjari tagħhom. Għaddejjin diskussjonijiet ma' RISE Foundation biex jinstab post ikbar minn fejn joperaw ħalli aktar residenti jiġu preparati qabel jirritornaw fil-komunità. Il-Ministru qal ukoll li se jibdew id-diskussjonijiet biex il-priġunieri jibdew jintbagħtu għall-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga malli jidħlu fil-Faċilità u mhux sena qabel ma jiskontaw is-sentenza tagħhom.

    Il-Ministru Michael Farrugia qal li barra minn hekk għaddejja ħidma kontinwa mal-Ministeru għas-Saħħa biex tinbidel il-liġi eżistenti u li twassal biex kull droga sintetika tiġi meqjusa bħala illegali.

    Il-Ministru rringrazzja lid-Direttur Ġenerali u lill-uffiċjali kollha u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu fl-interess tad-Diviżjoni tas-Servizzi Korrettivi, tal-priġunieri u tal-familjari tagħhom.

    Il-fizzjali maħtura għandhom madwar 20 sena servizz u ngħataw ir-responsabbiltà ta' madwar 50 uffiċjal korrettiv u ta' 150 priġunier kull wieħed. Huma se jkomplu jsaħħu fit-tmexxija l-ġdida u huma meħtieġa biex il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tkompli tiġġedded għaż-żminijiet moderni.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0