Suċċess fis-single lifts tal-powerlifting għall-membri tal-Korpi Dixxiplinati

  • Diċ 05, 2018 08:00
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar il-Ħadd 2 ta Dicembru 2018, ġewwa ċ-ċentru taż-żagħżagħ il-Birgu, seħħ għall-ewwel darba l-avveniment tal-Malta Drug Free Powerlifting National Single Lifts.

    Fost Il-Parteċipanti kollha, kkompetu 3 Pulizija; Pc436 Charles Degiorgio u Pc234 Ryan Muliett li huma stazzjonati ġewwa l-għassa ta-Belt, kif ukol Pc925 Melchior Bruno li qiegħad stazzjonat gewwa l-għassa ta’ wied il-għajn. It-tlett Pulizija kollha kkompetew fil-kategorija tad-Deadlift.

    Charles Degiorgio rebaħ il-kategorija Overall kontra 12- il atleta b’Deadlift ta’ 250kg taħt il-kategorija ta’ 75Kg, filwaqt li Ryan Muliett għat-tieni darba kkompeta taħt il-kategorija ta’ 82.5kg b’refa’ ta’ deadlift ta’ 180kg, 5kg aktar mill-ahhar kompetizzjoni li seħħet f’Settembru li għadda.

    Melchior Bruno kkompetta għall-ewwel darba, fejn ġab riżultat tajjeb ħafna. Bruno daħal taħt il-kategorija ta’ 82.5kg b’refa’ ta’ 160kg deadlift.

    F’din il-kompetizzjoni ħa sehem ukoll fil-kategorija ta’ taħt il-145kg l-Uffiċjal Korrettiv Cleaven Cutajar li jaħdem fil-Correctional Services Division fejn refa’ ta’ 280kg deadlift.

    Ritratti: Malta Powerlifting MDFPA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0