Tfajla ssofri ġrieħi gravi wara inċident b'mutur fil-Mellieħa

  • Diċ 05, 2018 08:33
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla li kienet passiġġiera fuq mutur sofriet ġrieħi gravi wara inċident ilbieraħ filgħaxija fil-Mellieħa. l-inċident seħħ għal-ħabta tad-9.15 p.m. fi Triq il-Marfa.

    Mill-ewwel stħariġ tal-Pulizija jirriżulta li ġuvni ta’ 20 sena residenti Tas-Sliema tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Flimkien miegħu kien hemm it-tfajla ta’ 19-il sena residenti Ta’ Xbiex.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard it-tfajla ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ma sofra l-ebda ġrieħi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0