“Id-demm kollhu għandu jiġi skrinjat għall-HIV”

  • Diċ 05, 2018 08:58
  • Miktub minn iNews
"

    Jisħaq dan Dr Philip Carabot, konsulent fil-Mediċina Ġenitourinarja fil-GU Clinic privat filwaqt li jsostni dwar il-bżonn ta’ edukazzjoni sesswali aktar robusta…

    Hija kwistjoni ta' rekord pubbliku li l-infezzjonijiet kollha li jiġu trażmessi sesswalment (STIs) ilhom jiżdiedu sena wara sena għall-aħħar 24 sena. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment min-numru dejjem jikber ta' pazjenti li qed ifittxu screening, iżda hemm ukoll żieda fl-inċidenza fost is-sezzjonijiet tal-popolazzjoni.

    Tkellimna mal-konsulent fil-Mediċina Ġenitourinarja ġewwa l-GU Clinic tal-Isptar St James, Dr Philip Carabot, biex naraw fl-opinjoni tiegħu x’qed jikkawża ż-żieda fl-STIs ġewwa Malta. Huwa qal li din hija “l-istess storja qadima li ilna nenfasizzaw għall-aħħar 24 sena, is-sess każwali flimkien ma' użu mhux korrett tal-kondoms u f'ħafna każijiet ikkumplikat bl-abbuż tad-droga.”

    Huwa qal li huwa importanti li wieħed jinnota li s-Saħħa Pubblika jirreġistra biss il-ftit mard notifikabbli, jiġifieri l-HIV, is-sifilide, il-klamidja, il-gonorrea u l-epatite. Hemm oħrajn li mhumiex imniżżlin ma’ dawn, iżda huma ugwalment importanti u wkoll qed jiżdiedu. Dawn jinkludu l-Human Papilloma Virus (HPV) responsabbli għall-felul ġenitali u d-diversi kanċers li jeżistu. L-HPV jista' jkun diffiċli biex jiġi trattat u jista' jippersisti fil-ġisem għal żmien twil.

    Infezzjoni oħra li qatt ma tissemma hija mycoplasma genitalium (MG) li hija simili tal-klamidja li tista’ toħloq kumplikazzjonijiet possibbli ta' infertilità u problemi fit-tqala. Dan l-organiżmu ġie skopert biss fl-1981 u diġà qed ikun diffiċli ħafna biex jiġi trattat peress li sar reżistenti malajr ħafna għal bosta antibijotiċi; fil-fatt m'hemm l-ebda antibijotiku bħala kura.

    Carabott spjega li l-istess problema teżisti għall-gonorrea li saret diffiċli ħafna biex tiġi trattata f'xi partijiet tad-dinja. “Ir-riċerka biex issib antibijotiċi ġodda u effettivi tieħu żmien twil u hija għalja ħafna. Din l-effikaċja mnaqqsa tal-antibijotiċi hija kważi kompletament tort tagħna kkawżat mill-abbuż rampanti tal-antibijotiċi tagħna; li ġieli jittiehdu mingħajr ir-riċetta tat-tabib u jistgħu jinstabu mingħajr riċetta mill-pazjenti nfushom.”

    Huwa tkellem ukoll dwar infezzjonijiet mhux speċifici li ħadd qatt ma jsemmi jew jirrapporta, bħal Bacterial Vaginosis (BV) “li waqt li mhux definittivament trasmess sesswalment, huwa ċertament assoċjat mas-sess u huwa assoċjat ma' kumplikazzjonijiet serji. Ma’ dawn hemm oħrajn u naħseb li dawn l-infezzjonijiet kollha għandu jingħatalhom l-importanza u l-għarfien dwarhom. Dan ser iservi bħala “wake-up call”.”

    Carabott jisħaq li d-demm kollhu f’Mater Dei għandu jiġi skrinjat għall-HIV, b’mod kompletament anonimu u mhux traċċabbli, biex tinkiseb stampa aktar ċara ta’ x’qed jiġri verament fil-popolazzjoni tagħna.

    Dwar prevenzjoni, għalkemm wieħed ma jistax jillegalizza kontra l-imġieba sesswali bħal jekk individwu adult ikun determinat li jkollu bosta msieħba u jirrifjuta li juża kondoms, m'hemm xejn li wieħed jista' jagħmel dwaru, “il-punt fuq xix għandna bżonn naħdmu huwa l-imġiba futura taż-żgħażagħ b'edukazzjoni sesswali robusta u verament adegwata fl-iskejjel tagħna.”

    Huwa qal li ”minkejja l-intenzjonijiet u l-isforzi tajba bla dubju ta’ bosta edukaturi, il-programmi tagħna ta' edukazzjoni dwar is-sess fl-iskejjel huma adegwati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-lum? Qegħdin jipproduċu r-riżultati mixtieqa? Il-ġenituri qed jagħmlu l-ftit tagħhom, jew qed iħallu r-responsabbiltajiet tagħhom għall-għalliema?”

    Carabott sostna li hemm bżonn nieqfu nitkellmu biss kull meta tasal xi World Aids Day u imbagħad matul is-sena nibqgħu fis-silenzju. “L-introduzzjoni tas-self-testing kits għall-HIV hija bla dubju inizjattiva tajba imma naħseb li xorta waħda hija tard wisq, bħal meta tipprova tagħlaq il-bieb tal-istalla wara li ż-żiemel ikun ilu li ħareġ. Jekk teżisti soluzzjoni għandha tittieħed minn kmieni u hawnhekk niġu għall-edukazzjoni sesswali,” temm jgħid Carabott.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0