L-assemblea internazzjonali tal-FISEC f’Malta

  • Diċ 05, 2018 09:56
  • Miktub minn iNews
"

    Fi tmiem din il-ġimgħa, fil-lukanda Santana f’San Pawl il-Bahar qed issir l-assemblea internazzjoni FISEC. Din qed tkun koordinata mill-Kunsill Malti tal-FISEC immexxi minn Bro Martin Borg fsc. Matul il-laqgħa tas-Sibt saret introduzzjoni minn Lies Janssen, President tal-kumitat internazzjonali tal-FISEC li filwaqt li laqgħet lir-rappreżentanti tat-12 -il pajjiż, irringrazzjat lill-kumitat Malti li qed jorganizza b’mod mill-aktar professjonali din l-assemblea f’pajjiżna.

    Inqraw u ġew approvati wkoll il-minuti tal-aħħar laqgħa ġenerali u anki ngħata rendikont finanzjarju minn Cor Weerts it-teżorier tal-FISEC internazzjonali. Ġie ppreżentat ukoll rapport mill-kumitat CIRPP, li hu l-kumitat li jieħu ħsieb il-lat pastorali waqt il-logħob. Anki l-kumitat tekniku, immexxi minn Herman Van Driessche għamel l-analiżi tal-logħob ta’ din is-sena li sar f’Lulju li għadda f’Genk fil-Belgju.

    Ma setax jonqos li matul din il-laqgħa jsiru wkoll interventi mid-delegati Maltin, fosthom, iċ-Chairman Bro Martin u Carmen Carabott, Segretarja Ġenerali. Mistenni wkoll kien l-intervent ta’ Lawrence Fenech li bħalissa huwa uffiċjali għoli fi ħdan il-FISEC Internazzjonali. Dawn tkellmu dwar il-mod kif jista’ jikber dan il-logħob fis-snin li ġejjin.

    Lejn l-aħħar parti tal-assemblea, id-delegat mir-Rumanija għamel preżentazzjoni interessanti dwar il-logħob tas-sena d-dieħla li se jsir fil-belt kapitali ta’ dan il-pajjiż, Bucharest, f’Lulju li ġej. Ġie kkonfermat ukoll li fl-2020 il-logħob se jsir f’Duisburg fil-Ġermanja filwaqt li s-sena d-dieħla, l-assemblea ġenerali ssir l-Olanda u fl-2020 fl-Ungerija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0