Tnedija ta’ strateġija nazzjonali għas-saħħa mentali

  • Diċ 05, 2018 10:12
  • Miktub minn iNews
"

    75 proposta ġdida biex jindirizzaw dan is-settur: “Wieħed minn kull tnejn kapaċi jkollu problema ta’ din in-natura”… 

    “Wasal iż-żmien li is-settur tas-saħħa mentali jkollu pjan dettaljat; pjan li huwa maħsub għal għaxar snin, li sejjer jiġi diskussi mal-oqsma kollha relatati.” Saħaq dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, waqt li l-Gvern kien qiegħed iniedi strateġija nazzjonali ġdida għas-saħħa mentali għas-snin 2020 u 2030.

    “Nammettu jew ma nammetux, kull wieħed jew waħda minnha ikollu problema ta’ natura ta’ saħħa mentali: Għal ħafna tkun waħda tranżitorja, għal ħaddieħor tkun iktar kronika. Madanakollu, kundizzjonijiet ta’ din in-natura iħallu problema kbira ta’ morbiditià.”

    Fearne semma kif, fost l-oħrajn, f’Malta jitwettqu medja ta’ żewġ każijiet ta’ suwiċidju fix-xahar. “Apparti hekk, dawk il-persuni li jbagħtu minn mard mentali serju, l-istennija tal-għomor tiegħu tista’ tonqos drastikament, anke b’għoxrin sena.”

    “Kull Amministrazzjoni ppruvat tindirizza dan l-aspett b’mod differenti. Però ħafna drabi, l-impenn li sar kien wieħed sporadiku, u mhix kkordinat. Fejn kien hemm in-nuqqasijiet, daħlu wkoll numru ta’ għaqdiet non-governattivi, pero dan xorta ma sarx b’mod ippjanat u kkordinat. Għalhekk, importanti li nniedu din is-strateġija illum.”

    Is-Saħħa Mentali “għandha bżonn ta’ kura inklussiva, u mhix segregata”

    Fost il-proposti prinċipali fi ħdan dan id-dokument, l-istrateġija semmiet il-bżonn li ħafna mill-kura għas-saħħa mentali għandha tingħata barra mill-isptarijiet tagħna, u għandha tikun iktar aċċessibbli, billi tinstab fiċ-ċentri tas-saħħa u f’ċentri reġjonali, fosthom dawk ippjanati ġewwa Raħal Ġdid, u ċentru ieħor fit-Tramuntana ta’ Malta. Fuq dan, Fearne saħaq fuq il-bżonn li jkun hemm “kura inklussiva fi ħdan il-kommunità tagħna, u mhix waħda segregata minn kull tip ta’ kura oħra.”

    Intant, Dr Natasha Azzopardi-Muscat, mid-Direttorat għar-Riċerka u l-Informazzjoni fis-Saħħa, saħqet kif is-settur tas-saħħa mentali sar wieħed mill-prijoritajiet tas-soċjetà tagħna, “minħabba numru ta’ aspetti soċjo-ekonomiċi. Fost il-kontributuri ewlenin, hemm popolazzjoni li tixjieħ, influss ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi differenti, tidbil fl-istil ta’ ħajja, kif ukoll f’ċertu prattiċi li kien.”

    “Malta tonfoq mal-€400 miljun fis-sena fuq dan is-settur. Waqt li dan id-dokument għandu 75 proposta differenti, iktar minn qatt qabel qegħdin inħossu l-bżonn ta’ approċċ koordinat. Il-fondi weħidhom mhix suffiċjenti biex iġibu t-trasformazzjoni neċessarja: Irid ikun hemm ukoll approċċ wieħed, komprensiv u b’inizjattivi ġodda.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0