“Innotajt sieq ommi fl-għalqa, u kien f’dak il-mument li rrealizzajt li kienet mietet fl-isplużjoni”

  • Diċ 05, 2018 11:56
  • Miktub minn iNews
"

    “Smajt il-mużika u l-karozza tinstaq. Ftit minuti biss wara smajt l-isplużjoni.” Hekk saħaq Matthew Caruana Galizia, iben il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, hekk kif dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil tagħha f’Ottubru tas-sena li għaddiet.

    Spjega kif sema’ l-isplużjoni u saħaq li kien konfuż hekk kif ra lit-triq taqbad iżda ma kien hemm xejn aktar ħlief biċċiet tal-plastik, ħġieġ u biċċiet tal-laħam. Saħaq li kien mid-duħħan li nduna li l-karozza kienet spiċċat fl-għalqa.

    Fix-xhieda tiegħu tenna kif kien għadu qed jipprova jifhem jekk il-karozza kinitx dik ta’ ommu, meta lemaħ partijiet mill-karozza u n-number plate u rrealizza li kienet proprju l-karozza misjuqa minn ommu.

    “Innotajt sieq ommi fl-art, u kien f’dak il-mument li rrealizzajt li ommi kienet mietet fl-isplużjoni,” tenna Matthew.

    Kompla jgħid li l-karozza kienet tintuża l-aktar minnu u minn ommu, għalkemm ġieli kienet tintuża wkoll minn missieru.

    Fir-rigward tal-laptop li għadu nieqes, Matthew Caruana Galizia tenna li kulma jaf huwa li dan ingħata lill-pulizija federali Ġermaniża minn rappreżentatnt tal-familja.

    Il-każ mistenni li jkompli f’Jannar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0