AĠĠORNATA [ARA] “Iċ-Ċiniż” iħallas hu stess għall-kura medika … George Degiorgio jittieħed għal kura medika fi sptar privat

  • Diċ 05, 2018 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNATA: Inewsmalta hija informata li kien George Degiorgio stess li ħallas għal dan it-trattament mediku.


    Il-wasla ta' George Degiorgio “Iċ-Ċiniż” għal kura medika fi sptar privat f'Ħaż-Żabbar

    AKTAR QABEL: Dalgħodu għexieren ta’ uffiċjali tas-Servizzi Korrettivi fost sigurtà massima u armati sa snienhom ħonqu l-pjazza ewlenija ta’ Ħaż-Żabbar meta l-priġunier George Degiorgio, magħruf bħala “Iċ-Ċiniż”, ittieħed għal kura medika fi sptar privat. 

    Inewsmalta hija informata li għal diversi xhur Ġorġ Degiorgio kien qed jiġi segwit mit-tobba u l-istaff mediku li hemm fi ħdan is-Servizzi Korrettivi. L-istess sorsi qalulna li ftit tal-ġimghat ilu l-istess Degiorgio ttieħed għal testijiet mediċi oħra f’wieħed miċ-ċentri tas-saħħa.

    Inewsmalta hija informata wkoll li ilhom isiru pjani ta’ kif se ssir din l-operazzjoni kemm minħabba loġistika kif ukoll minħabba sigurtà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0