jitnieda l-ktieb “Parallel Existences, The Notarial Archives. A Photographer’s Inspiration” fil-Parlament ta’ Malta

  • Diċ 05, 2018 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Illejla, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia M.P., appella lill-awtoritajiet konċernati sabiex jinvestu aktar fl-arkivji nazzjonali, inkluż l-Arkivju Nutarili.  Dan għandu jsir sabiex jitħares il-wirt u l-patrimonju nazzjonali.  Dan l-appell sar waqt it-tnedija tal-ktieb “Parallel Existences, The Notrial Archives.  A Photographer’s Inspiration” ta’ Alex Attard fil-Parlament ta’ Malta. 

    L-iSpeaker spjega l-funzjonijiet tal-Arkivju Nutarili, bħala sors ewlenija għar-riċerka legali sabiex ikun determinat it-titlu fuq propjeta’ kif ukoll l-eredita’.  L-Arkivju Nutarili, li twaqqaf fiż-żmien il-Gran Mastru Lascaris, fl-1640, hu sors importanti għall-istudjużi tal-istorja ta’ Malta.  Il-kollezzjoni ta’ dokumenti u kitbiet fl-Arkivju Nutarili jammontaw għal aktar minn 20,000 volumi u reġistri.  L-eqdem att imur lura għall-1465 tan-Nutar Paolo Bonello.  F’dan l-arkivju wieħed isib l-eqdem kitba bil-Malti, Il-Cataliena ta’ Pietru Caxaru, l-esperjenzi miktuba ta’ individwi li għexu l-Assedju l-Kbir fl-1565, u atti dwar is-suq tal-iskjavi f’Malta.  Dawn id-dokumenti u oħrajn huma parti mill-patrimonju nazzjonali u l-memorja kollettiva tal-poplu u n-nazzjon Malti.

    F’dan ir-rigward, għalkemm diġa ttieħdet azzjoni sabiex id-dokumenti tal-Arkivju Nutarili jkunu preservati sabiex jintużaw mill-istudjużi fir-riċerka akkademika, in-numru ta’ esperti fil-preservar ta’ dokumenti u tal-paleografija, il-qari tal-kaligrafija ta’ dokumenti antiki huwa żgħir ħafna għall-ammont ta’ xogħol li hemm bżonn isir.

    l-iSpeaker appella kemm lill-Gvern, l-Universita’ ta’ Malta u individwi, inkluż intrapriżi, sabiex iżidu l-investiment bil-għan li jkun hemm inċentivi finanzjarji u boroż ta’ studju sabiex il-ħidma biex ikunu preservati sew id-dokumenti fl-Arkivju Nutarili u arkivji oħra f’Malta u Għawdex tiżdied b’ritmu sodisfaċenti.   Hu tenna l-importanza tal-ħarsien tal-patrimonju nazzjonali għaliex l-għarfien tal-mod kif kienu jgħixu missirijietna fl-imgħoddi għandu jgħin lilna llum biex insawwru l-ġejjieni ta’ pajjiżna, li bħala Stat u poplu, għandna l-obbligu li nħabirku għas-sliem u biex il-bnedmin jgħixu b’dinjità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0