Malta u r-Renju Unit bi ftehim kontra t-traffikar uman

  • Diċ 05, 2018 14:49
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-Renju Unit se jgħin lil Malta tħejji strateġija nazzjonali biex tiġġieled it-traffikar uman.

    Din l-għajnuna tifforma parti mill-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi ntiż proprju biex iħarrax il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

    Il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Vince Muscat, u l-Kummissarju Għoli għal Malta, Stuart Gill.

    Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, li kienet preżenti għall-iffirmar, iddeskriviet il-ftehim bħala pass kbir fir-riforma li l-Gvern qed jagħmel dwar traffikar uman.

    Hija saħqet li biex l-istrateġija tkun suċċess u jitressqu fil-Qorti t-traffikanti jinħtieġ li l-Istat jagħti protezzjoni lill-vittmi.

    Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Għoli għal Malta sostna li ebda pajjiż mhu meħlus mit-traffikar uman u iddeskriva l-istess traffikar tal-bniedem bħala l-ikbar abbuż mid-drittijiet umani ta' żmienna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0