Farsons taħtar lil Michael Farrugia Direttur Eżekuttiv

  • Diċ 05, 2018 16:31
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Sur Michael Farrugia għadu kemm inħatar Executive Director – Operations and Business Development ta’ Simonds Farsons Cisk plc. Biex jibqa’ jitjieb il-kapital tal-programm intensiv ta’ investiment li daħlet għalih il-kumpanija għas-snin li ġejjin, is-Sur Farrugia se jkun responsabbli mit-tisħiħ tal-ħiliet produttivi, standards tal-kwallita’ u s-servizz għall-konsumaturi. Dan huwa essenzjali biex in-negozji lokali u internazzjonali ta’ Simonds Farsons Cisk plc ikomplu jikbru. Is-Sur Farrugia se jaħdem mill-qrib u jirrapporta lill-Farsons Group Chief Executive, Norman Aquilina.

    Fl-okkażjoni ta’ din il-ħatra, is-Sur Aquilina qal, “Jiena konvint li, fil-kariga l-ġdida tiegħu, Michael se jagħti dimensjoni ġdida u se jiffoka l-attenzjoni tiegħu kollha fuq l-operat tagħna, billi jaħdem id f’id mat-tim maniġerjali tal-operat immexxi miċ-Chief Operations Officer, Eugenio Caruana. Din hi ħaġa mill-aktar importanti għalina biex nibqgħu għaddejjin bl-implimentazzjoni tal-viżjoni għall-iżvilupp tan-negozju internazzjonali tagħna. L-esperjenza ta’ Michael fin-negozju, tqiegħdu f’pożizzjoni mill-aqwa biex jieħu f’idejh dan ir-rwol il-ġdid, u ħerqan biex naħdem iżjed mill-qrib miegħu ħalli nkomplu nikbru, bħala kumpanija, u nkattru s-suċċess tal-Grupp.”

    Michael Farrugia ggradwa b’MBA mill-Università ta’ Warwick, wara li kiseb il-Masters mill-Università ta’ Edinburgh. Fil-kariga li kellu qabel ta’ Chief Business Development Officer, mexxa ’l quddiem l-istrateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni u kien involut fl-investimenti tal-kumpanija. Is-Sur Farrugia jmexxi wkoll il-Bord ta’ Farsons Beverage Imports (FBIC) Company Limited. Sa minn meta ngħaqad mal-kumpanija, fl-2006, dejjem kellu rwol attiv fl-innovazzjoni tan-negozju/prodott u ta sehmu biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ tkabbir għall-kumpanija kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna.

    Is-Sur Farrugia qal: “Qed inħares ’il quddiem għal din l-opportunità li naħdem iżjed id f’id mat-tim tal-operat ħalli nkomplu nxettlu kultura ta’ eċċellenza f’dan l-aspett kif ukoll nahdem fuq il-progett eċċitanti u ambizzjuz tar-restawrazzjoni tal-Birrerija l-Antika ta’ Farsons, li mistennija tiftaħ fl-ewwel kwart tal-2021, u li se jkun ukoll parti sinifikanti mir-responsabbiltajiet li ġejt fdat bihom b’dil-kariga l-ġdida.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0