Malta tiffirma l-ktieb ta' kondoljanzi għal Bush

  • Diċ 05, 2018 18:12
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi li tpoġġa fl-ambaxxata Amerikana ta' Ħ'Attard għal min ried isellem il-memorja tal-eks-President Amerikan George Bush.

    F'kumment li għadda, Abela qal li huwa dispjaċut għall-mewt tiegħu u iddeskrivih bħala “patriott li kien jemmen li l-Istati Uniti kellha tmexxi d-dinja bħala forza pożittiva”.

    Bush, li kellu 93 sena, serva bħala l-41 President tal-Istati Uniti bejn l-1989 u l-1993.

    Huwa jibqa' magħruf fost oħrajn għall-ftehim li kien għamel fl-1989 fl-ibħra Maltin mal-President ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev, li wassal biex tjiebet ir-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

    Huwa kellu sitt itfal fosthom George Bush li serva bħala t-43 President Amerikan bejn l-2001 u l-2009.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0