Jiekol parti minn siequ wara li s-sidien tiegħu abbandunawh

  • Diċ 05, 2018 19:10
  • Miktub minn iNews
"

    Kelb tar-razza ‘Great Dane’ spiċċa jiekol parti minn siequ stess wara li tħalla bil-ġuħ mis-sidien tiegħu stess.

    Il-Pulizija f’South Carolina daħlilhom rapport ta dan il-kelb “għadma u ġilda” li għal xi raġuni kellu parti minn siequ ta’ wara nieqsa.

    Il-Pulizija qalet li maġenb il-kelb ma kien hemm l-ebda ikel u ilma u li l-kelb li hu kkalkulat li għandu sitt snin nstab marbut fi stat ħażin.

    Żiedu jgħidu li meta kellmu lis-sidien dawn ma kienux kapaċi jikkonfermaw dwar kemm kien ilu marbut il-kelb.

    ‘Noah’s Ark Rescue’ semmiet lil dan il-kelb Luke u kkonfermat li jissielet għal ħajtu. Iċ-ċentru tal-annimali żied jgħid li l-kelb kellu infezzjoni respiratorja u li b’hekk ma setax jiġi operat.

    Kelliem għall-istess ċentru qal li l-kelb kien kapaċi jiddeċiedi x’għandu jagħmel f’dak l-istat ta’ disperament u li hu baqa’ jiġġieled għal ħajtu meta s-sidien tiegħu abbandunawh.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0