''Fuq prodott artistiku ma tistax toħroġ tender''

  • Diċ 05, 2018 19:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici iddikjara fil-Parlament li fejn jidħol il-prodott turistiku l-Gvern ma jistax joħroġ tender bħalma jagħmel f'oqsma oħra.

    Huwa kien qed jirreaġixxi għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-fondi pubbliċi fejn, fost oħrajn, irrefera għall-Kunsill Malti għall-Arti u l-ammont ta' 'direct orders' li ngħataw.

    Bonnici għamilha ċara li fir-rigward tas-servizzi kulturali m'aħniex nitkellmu fuq xi servizz ta' karozza jew 'photocopier' fejn jista' jinħareġ tender għal min irid joffri servizz.

    Huwa irrefera għall-festival tal-jazz li sar is-sena li għaddiet fejn fost l-artisti li ħadu sehem fih kien hemm il-magħruf Al Di Meola u b'mod retoriku staqsa jekk pajjiżna setax iġib dan l-artist b'tender.

    Waqt li sostna li fuq punti oħra li qajjem l-Awditur Ġenerali l-Gvern kien se jaġixxi, Bonnici għamilha ċara li fir-rigward tal-prodott artistiku kien hemm bżonn żvilupp fil-ħsieb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0