Deputati tal-PN jitolbu għajnuna lill-klijenti tas-Satabank

  • Diċ 05, 2018 19:48
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil appella lill-awtoritajiet biex jgħinu lill-klijenti tas-Satabank li qed isofru intortament minħabba l-ħażin li sar minn oħrajn.

    Huwa rrimarka li għal dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm min ma qed ibati minħabba s-sitwazzjoni li għaddej minnu dan il-bank li jinsab taħt il-kontroll tal-MFSA.

    Busuttil ikkundanna lill-Gvern talli naqas li jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li ssir id-'due diligence' meħtieġa kemm dwar dan il-bank kif ukoll dwar il-Pilatus Bank bil-konsegwenza li spiċċajna fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha.

    Anke d-deputat Kristy Debono irrimarkat kif għal dawn l-aħħar tliet xhur kien hawn eluf ta' familji li ma rċevewx il-paga għax il-kont bankarju fejn jirċievu l-paga kien iġġammjat u staqsiet min se jagħmel tajjeb għal dan.

    Hija sostniet li waqt li sa 10 snin ilu kienu jirreferu għal Malta bħala “miracle economy” illum ħlief titli negattivi għal pajjiżna mhux naraw fil-media internazzjonali.

    Waqt li rrikonoxxiet li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u l-MFSA  qed jippruvaw jaħdmu qalet li tibża li dan ix-xogħol sejjer “down the drain” għax għandna mażżra m'għonqna minħabba li s-Satabank u l-Pilatus Bank dgħajjfu s-settur bankarju u r-reputazzjoni tal-pajjiż.

    Id-deputat Marlene Farrugia wkoll wissiet li jekk insiru 'banana republic' se nattiraw 'banana investors' waqt li Godfrey Farrugia qal li l-ħmieġ iġib il-ħmieġ u appella lill-MFSA biex twarrab barranin li huma maħmuġin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0