Godfrey Farrugia b'battibekk ieħor mal-Gvern

  • Diċ 05, 2018 20:09
  • Miktub minn iNews
"

    Għat-tieni darba din il-ġimgħa l-Kap tal-PD Godfrey Farrugia kien involut f'battibekk man-naħa tal-Gvern.

    Huwa staqsa jekk il-Gvern kienx se jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapport tal-Ġnus Maqgħuda fuq is-sitwazzjoni fil-Libja.

    Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri irrimarka li l-'standing orders' ma jippermettux li Farrugia jagħmel it-talba li għamel bid-deputat tal-Oppożizzjoni jibqa' jinsisti għal stqarrija.

    Id-Deputat Spiker Claudette Buttigieg weġbitu li hija ma setgħetx tobbliga lill-Gvern jagħti stqarrija ministerjali.

    Dan kien it-tieni argument tiegħu mal-Gvern din il-ġimgħa wara li fis-seduta tat-Tnejn ilmenta li l-Ministru Chris Cardona kien heddu meta qal li għad tasal tiegħu.

    Cardona iċċara li ma qalx dak il-kliem b'theddid bl-Ispiker Anġlu Farrugia jgħid li kien innota l-kjarifika tal-Viċi-Kap tal-PL.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0