Arsenal se jħallu lil Danny Welbeck jitlaq

  • Diċ 06, 2018 00:48
  • Miktub minn iNews
"

    Arsenal jinsabu lesti li jħallu lil Danny Welbeck jitlaq mill-Emirates bi free transfer fi tmiem l-istaġun hekk kif m’għandhom l-ebda pjan biex joffrulu kuntratt ġdid.

    Welbeck jista’ jkun lagħab l-aħħar logħba tiegħu għall-Gunners, wara injury fl-għaksa x-xahar li għadda kontra Sporting Lisbon fil-UEFA Europa League.

    L-internazzjonali Ingliż, li ngħaqad mal klabb tat-tramuntana ta’ Londra mingħand ir-rivali tagħhom Manchester United fl-2014, jista’ jibda jitkellem ma’ klabbs f’Jannar li ġej bil-possibbiltá li jingħaqad ma’ wieħed minnhom.

    Filwaqt li Arsenal kienu estendew il-kuntratti ta’ players li kienu qed jirkupraw minn injury, bħal Santi Cazorla u Abou Diaby, issa l-klabb iddeċieda li ma jibqax jagħmel l-istess.

    Għaldaqstant Welbeck jingħaqad ma’ Aaron Ramsey li se jħalli wkoll l-Emirates Stadium fi tmiem l-istaġun.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0