Il-logħba tas-Sibt ta’ Paris St-Germain posposta

  • Diċ 06, 2018 00:28
  • Miktub minn iNews
"

    Il-logħba tas-Sibt li ġej tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika ta’ Ligue 1 bejn Paris St-Germain u Montpellier ġiet posposta fost biżgħa li l-kapitali Franċiża tista’ tintlaqat b’iktar protesti soċjali, qal il-club Pariġin il-bieraħ.

    Il-pulizija talbu lil-leaders tal-kampjonat biex iħassru l-logħba tlett ijiem wara li eluf ta’ nies ipprotestaw kontra l-President Emmanuel Macron u t-”tagħsir” tiegħu tal-infieq tal-familji dwar iż-żjieda tat-taxxa fuq il-fuel.

    Nhar is-Sibt li għadda l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet ġew imkaxkra hekk kif il-protestanti għamlu ħerba f’postijiet ta’ abitazzjoni, ħarqu numru kbir ta’ karozzi, serqu mill-ħwienet u kissru djar lussużi privati u ħwienet tal-kafe fl-agħar dimostrazzjonijiet li rat il-kapitali mill-1968.

    PSG, qed jillidjaw il-kampjonat bi 43 punt minn 15-il logħba u nhar is-Sibt fil-għaxija kienu se jilagħbu kontra t-team fit-tieni post, Montpellier, fil-Parcs des Princes.

    Il-logħba li jmisshom hija llum l-Erbgħa kontra Strasbourg barra minn darhom fi programm ta’ nofs il-ġimgħa, u t-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla, 11 ta’ Diċembru, imorru Belgrad għall-aħħar logħba tal-gruppi taċ-Champions League kontra Red Star Belgrade.

    “Naċċettaw dan il-posponiment,” qal il-coach Thomas Tuchel. “Ikollna nimmaniġġaw din is-sitwazzjoni biex nibqgħu fl-aħjar kundizzjoni qabel Belgrad. Is-sigurtá hija assolutament importanti.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0