TTD 2018: Manchester City imorru l-aħjar fit-tqassim tal-FIFA

  • Diċ 06, 2018 00:30
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-champions Ingliżi, Manchester City, huma l-ikbar benefiċjarji mill-$209 miljun (£163.03 miljuni) li l-FIFA se tqassam lill-clubs li taw il-players għat-Tazza tad-Dinja 2018, qalet l-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja.

    Is-City se jirċievu $5 miljun, quddiem Real Madrid ($4.81), Tottenham Hotspur ($4.38 miljuni), Barcelona ($4.14 miljuni) u Paris St-Germain ($3.89 miljuni), qalet il-FIFA.

    Huma jinsabu segwiti minn Chelsea, Manchester United, Atletico Madrid, Juventus u Monaco.

    B’kollox, il-clubs Ingliżi – inklużi dawk mid-diviżjonijiet inferjuri – se jirċievu $37.41 miljuni bejniethom waqt li l-clubs Spanjoli se jirċievu $22.56 miljuni, il-clubs Ġermaniżi $18.92 miljuni u dawk Taljani $17.45 miljuni.

    Il-FIFA tħallas lill-clubs l-ammont bażiku ta’ $8,530 kuljum għal kull player li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja, għalkemm din trid tinqasam ma’ kwalunkwe club li l-player kien jirrappreżenta fis-sentejn preċedenti.

    Is-sistema ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja 2010, fl-Afrika t’Isfel, wara li l-clubs Ewropej ilmentaw li kellhom ibatu l-konsegwenzi għall-players imweġġa’ fil-logħbiet tat-team nazzjonali.

    Inizjalment, fl-2010 kienu tqassmu €40 miljun, li żdiedu għal $70 miljun għat-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brażil.

    Imbagħad il-FIFA qablet li tittrippla l-ammont għal dak kurrenti ta’ $209 miljun bi bdil mal-clubs Ewropej li aċċettaw li t-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar titressaq mix-xhur tradizzjonali ta’ Ġunju/Lulju għal Novembru.

    Dawn l-ammonti imqassma jirriflettu li l-iktar players kbar tad-dinja huma bbażati ma’ clubs Ewropej għalkemm il-FIFA qalet li reġjuni oħra se jibbenefikaw ukoll. B’kollox, 416-il club minn 63 pajjiżi se jirċievu dan il-ħlas.

    “Ninsab kuntent nara li timijiet minn ħafna reġjuni differenti se jibbenefikaw minn dan il-programm, li se jgħin biex il-football ikompli jiżviluppa madwar id-dinja,” qal il-president tal-FIFA, Gianni Infantino.

    “Hija r-responsabbiltá tal-FIFA li terġa’ tqassam dan id-dħul ta’ din il-kompetizzjoni unika fost l-kommunitá kollha tal-football, ovvjament il-clubs li jistħoqqilhom sehemhom f’dan is-suċċess meta kienu l-kontributuri prinċipali.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0