Matthew Hedges jgħid li huwa sofra ''tortura psikoloġika'' fil-ħabs

  • Diċ 06, 2018 09:12
  • Miktub minn iNews
"

    L-akkademiku Britanniku li kien ġie arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) minħabba spjunaġġ, qal li huwa kellu jsofri “tortura psikoloġika.”

    Matthew Hedges, li għandu 31 sena, qal li huwa kien sfurzat li joqgħod bilwieqfa “l-ġurnata kollha” filwaqt li saqajh kienu marbutin. Matul iż-żmien li huwa dam arrestat huwa kien qiegħed isofri minn attakki ta’ paniku u anke bdew jgħaddu minn moħħu ħsibijiet suwiċidali.  

    Hedges, li jinnega li huwa spija, meta kien qiegħed jitkellem ma’ BBC qal li huwa ammetta li kien membru tal-M16 biex iwaq­qaf din “it-tortura”. Apparti hekk, huwa qal li UAE qalulu biex huwa jaġixxi ta’ aġent sigriet tagħhom fl-Uf­fiċċju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit. Hedges innega li huwa mar l-UAE biex jispjuna. Huwa qal żar dan il-pajjiż biex jagħmel riċerka għall-PhD. Ix-xahar li għad­da huwa kien ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs fl-UAE f’ġuri li dam għaddej biss ħames minuti. 

    Wara, il-gvern tal-UAE qal li l-akkademiku huwa “100% spija” iżda ngħata l-maħfra fis-26 ta’ Novembru u rritorna lura pajjiżu. 

    Meta kien qiegħed jitkellem ma’ BBC, Heges qal li ċ-ċella fejn kien qiegħed kienet waħda iżolata. Huwa qal li kien ingħata taħlita sħiħa ta’ medikazzjoni biex tgħinu kontra d-dipressjoni u l-ansjetà. Heges tenna li għajnejh kienu mgħottijin il-ħin kollu u ma kellu l-ebda aċċess għal dawl naturali. Minħabba f’hekk huwa qal li s-saħħa mentali tiegħu bdiet tiddeterjora. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0