''Kulħadd isir espert fi ftit sekondi... Kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-Pulizija huwa inaċċettabbli!"

  • Diċ 06, 2018 10:22
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li inewsmalta rrapurtat mill-viċin dak li kien qiegħed iseħħ ilbieraħ fil-pjazza ta’ Ħaż-Żabbar, b’għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija li dehru jiċċirkondaw l-imsemmija pjazza, bosta kienu dawk li rreaġixxew dwar kif kienet immexxija l-operazzjoni.

    Hekk kif wieħed mill-akkużati bil-qtil makabru ta’ Daphne Caruana kellu jiddaħħal fi sptar privat minħabba li allegatament ħas uġigħ fi spalltu, inewsmalta tinsab infurmata li l-Pulizija bdiet minnufih pjan maħdum biex George Degorgio jkun jista’ jiġi eżaminat mingħajr l-ebda riskju minħabba d-delikatezza tal-każ.

    Bosta kienu dawk li kitbu b’reazzjoni għan-numru ta’ uffiċjali involuti f’din l-operazzjoni u rreferew għal dak li sħħ ilbieraħ bħala “Teatrin”, “film”, “kummiedji żejda”, fost kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-Pulizija.

    Il-President tal-Police Officers Union Sandro Camilleri meta mitlub jikkummenta dwar dan qalilna li “Hija ħaġa tal-iskantament kif f’dan il-pajjiż, kulħadd isir espert fi ftit sekondi, iżda kif jinqala xi ntopp kulħadd jisparixxi.” Huwa għamilha ċara li kulħadd għandu dritt għal-libertà tal-espressjoni, iżda li l-pubbliku juża kliem dispreġġjattiv fil-konfront ta’ uffiċjali li jissoggraw ħajjithom f’operazzjonijiet simili huwa ċertament inaċċettabbli.

    Rigward l-ilbies protettiv tal- istess uffiċjali huwa fakkar li dawn in-nies wara l-ħin tax-xogħol għandhom familja bħal ħaddieħor tistennihom u huwa nuqqas kbir ta' rispett li persuni jikkummentaw b’dak il-mod fil-konfront tagħhom għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jara kif isalva ġildu.

    Camilleri tenna jirringrazzja lil kull uffiċjali nvolut fl-operazzjoni tal-bieraħ u sostna li din hija s-serjetà mitluba minn pajjiżna u li jekk ma nagħrfux nagħmlu użu mill-uffiċjali tagħna li huma mħarrġin għal dan ix-xogħol nispiċċaw irredikolati minn awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0