Rapport jallega vjolenza mill-pulizija Franċiża fuq refuġjati li jgħixu f’Calais

  • Diċ 06, 2018 11:49
  • Miktub minn iNews
"

    Rapport maħruġ minn għaqdiet umanitarji jgħid li kien hemm kważi 1,000 każ ta’ ksur ta’ drittijiet umani mill-pulizija Franċiża fil-konfront tar-refuġjati f’Calais fuq perjodu ta’ sena. 

    Ir-rapport bl-isem Police Violence in Calais: Abusive and Illegal Practices by Law Enforcement officers kien ippubblikat minn erba’ organizzazzjonijiet umanitarji li huma: L’Auberge des Migrants, Refugee Info Bus, Utopia56 and Legal Shelter. Dan ir-rapport jgħid li fuq perjodu ta’ sena l-ħaddiema li jagħtu l-għajnuna lil dawn ir-refuġjati rrapportaw 972 każ. 

    Wieħed mill-iktar każijiet serji msemmi f’dan ir-rapport seħħ fil-25 ta’ Jannar 2018 meta Eritrean ta’ 16-il sena tilef id-dawl ta’ għajn, is-sens tax-xamm u smigħ wara li l-pulizija Franċiża ta’ kontra l-irvellijiet sparaw gass tad-dmugħ fuq folla ta’ refuġjati. Dan seħħ waqt żgumbrament taż-żona fejn jorqdu dawn ir-refuġjati. 

    Dwar dan il-każ, fl-4 ta’ Ġunju 2018, kien tħabbar li se tinfetaħ investigazzjoni dwar dak li seħħ dakinhar, liema investigazzjoni għadha trid tiġi konkluża. 

    Dan ir-rapport isemmi li kien hemm 124 rapport min-naħa ta’ għadd ta’ voluntieri ta’ allegat vjolenza fiżika minn pulizija fuq ir-refuġjati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0